11. Riflessjoni fuq Luqa 4: 21-30

Verżjoni Vidjo: Riflessjoni fuq Luqa 4: 21-30

jesus-declares-he-is-the-messiah_isaiah_6-600L-Evanġelju skont San Luqa 4: 21-30

[Lq:4:21] Fdak iż-żmien, Ġesu qal lin-nies fis-sinagoga: “Din il-kitba seħħet illum, intom u tisimgħu.”

[Lq:4:22] U lkoll laqgħu kliemu u stagħġbu għall-kliem mimli ħlewwa li kien ħiereġ minn fommu u bdew jgħidu: “Dan m’huwiex bin Ġużeppi?”

[Lq:4:23] Iżda hu qalilhom: “Żgur li se tgħidu għalija dan il-proverbju, ‘Tabib, fejjaq lilek innifsek; dak kollu li smajna li ġara f’Kafarnahum agħmlu hawn f’pajjiżek ukoll.”

[Lq:4:24] U żied jgħidilhom: “Tassew, ngħidilkom, ebda profeta ma jilqgħuh tajjeb f’pajjiżu.

[Lq:4:25] Għax, ngħidilkom is-sewwa, kien hemm bosta romol f’Iżrael fi żmien Elija meta s-sema baqa’ tliet snin u sitt xhur magħluq u waqa’ ġuħ kbir fil-pajjiż kollu;

[Lq:4:26] madankollu għand ħadd minnhom ma ntbagħat Elija, imma għand waħda armla minn Sarefta ta’ Sidon.

[Lq:4:27] U kien hemm bosta lebbrużi f’Iżrael fi żmien il-profeta Eliżew, imma ħadd minnhom ma ġie mfejjaq ħlief Nagħman tas-Sirja.”

[Lq:4:28] Meta semgħu dan fis-sinagoga kulħadd imtela bil-korla;

[Lq:4:29] qamu, u ħarġuh ‘il barra mill-belt, ħaduh fuq xifer ta’ rdum ta’ l-għolja li fuqha kienet mibnija l-belt tagħhom, u riedu jixħtuh minn hemm fuq għal isfel.

[Lq:4:30] Iżda hu għadda minn ġo nofshom u baqa’ sejjer.

Kummentarju u Meditazzjoni Qasira

Inti tikkritikahom lill-oħrajn b’mod speċjali lil dawk l-aktar qrib tiegħek?

L-aktar nies li jikkritikawna b’mod sever huma ħafna drabi dawk l-aktar familjari magħna. Xi ħadd jiġi minna jew ġirien li magħhom naqsmu ħajjitna. Ġesu’ ġie affaċjat ma’ prova iebsa meta mar lura fil-belt ta’ pajjiżu f’Nazaret mhux sempliċiment bħala iben il-mastrudaxxa, imma issa bħala Mgħallem imdawwar bid-dixxipli.

Kienet użanza għal Ġesu’ li jmur is-Sinagoga kull nhar ta’ Sibt. Il-jum qaddis tal-Lhud u meta kien imissu kien jaqra mill-Iskrittura. In-nies ta’ beltu semgħuh b’attenzjoni kbira f’din l-okkażjoni għax kienu semgħu dwar il-mirakli li kien għamel fi bliet oħra.

X’sinjal kien se jagħmel f’beltu stess?

Ħsieb għal Qalbek …

Ġesu’ ħasadhom biċ-ċanfira li tahom meta qalhom li ebda profeta jew qaddej t’Alla ma hu miġjuh qalb niesu. In-nies ta’ Nazaret ħadu għalihom b’dan l-aġir u ma riedux jisimgħu x’kellu x’jgħidilhom. Huma ddisprezzaw it-tagħlim tiegħu għax hu kien bin ħaddiem, mastrudaxxa sempliċi ħaddiem tal-id u għalhekk iddisprezzawh minħabba l-familja tiegħu.

Kemm drabi l-familjarita’ twassal għal nuqqas ta’ rispett żbaljat fl-oħrajn. Ġesu’ ma seta’ jagħmel l-ebda manifestazzjoni tal-qawwa tiegħu hawn fosthom għax qalbhom kienet iebsa u magħluqa bin-nuqqas ta’ twemmin fih. Jekk in-nies flimkien jaslu jobgħodu u jirrifjutaw li jifhmu, allura ma jaraw xejn ħlief il-punt tagħhom u ma jaslux li jħobbu u jaċċettaw lill-oħrajn.

U inti malajr tieħu għalik u toffendi ruħek minħabba l-oħrajn?

Itlob …

Mulej Ġesu’, Inti ġejt hawn fostna biex tiftħilna għajnejna permezz tal-verita’ tiegħek, agħmel li jien nirċievi l-qawwa tal-Ispirtu Qaddis tiegħek biex f’ħajti nkun dejjem miftuħa għal Kelmtek u agħmel li jiena nagħraf u napprezza d-doni tiegħek fl-oħrajn.

Għażiża Marija, Omm ħelwa tiegħi, agħmel li qalbi tkun bħal tiegħek u bħal t’Ibnek li ma tħarsu lejn wiċċ ħadd imma tħobbu u tgħinu lil kulħadd. Ammen.