299. Riflessjoni fuq Luqa 8: 1-3

Verżjoni Vidjo: Riflessjoni fuq Luqa 8: 1-3

Ministering-Women

L-Evanġelju skont San Luqa 8: 1-3

[Lq:8:1] Fdak iż-żmien Ġesu kien idur l-ibliet u r-rħula, jippriedka u jxandar l-Evanġelju tas-Saltna ta’ Alla. Kellu miegħu t-Tnax

[Lq:8:2] u xi nisa li kien fejjaqhom mill-ispirti ħżiena u mill-mard: Marija, li kienu jgħidulha ta’ Magdala, li minnha kienu ħarġu seba’ xjaten,

[Lq:8:3] Ġwanna, mart Ħuża, prokuratur ta’ Erodi, Susanna, u ħafna oħrajn, li kienu jaqduhom minn ġidhom.

Kummentarju u Meditazzjoni Qasira

Int ħerqan biex iservi lill-Mulej u ssaħħaħ il-ħidma tal-Evanġelju bir-riżorsi personali tiegħek?

Matul it-tliet snin tal-ministeru pubbliku tiegħu Ġesu’ vvjaġġa b’mod estensiv. L-Evanġelju jsemmi li kien hemm grupp ta’ nisa li kienu jakkumpanjaw lil Ġesu’ u lit-tnax il-appostlu. Dawn in-nisa kienu ta’ kull tip, uħud kienu midinba pubbliċi, oħrajn minn familji sinjuri u prominenti. Nafu li Marija ta’ Magdala għexet ħajja problematika u b’ħafna torturi. Il-Vanġelu jgħidilna li lilha Ġesu’ kien ħelisha minn sebgħa xjaten. Ġwanna mart il-prokoratur t’Erodi kellha pożizzjoni soċjali u politika għolja fis-soċjeta’.

Ħsieb għal Qalbek …

X’wasalhom biex jingħaqdu flimkien fi ħbiberija u servizz komuni?

Ċertament Ġesu’ u l-messaġġ tiegħu dwar is-Saltna t’Alla. Dan kien itrasforma l-personalita’ u t-temperament divers tagħhom. Kull waħda minnhom kienet iġġib magħha ġid u riżorsi meħtieġa għal Ġesu’. Minkejja li Alla m’għandu bżonn ħadd hu xorta waħda jagħżel li jaħdem bina u permezz tagħna. Ħadd m’hu inqas importanti jew mhuwx neċessarju fl-ekonomija t’Alla. Iċ-ċkejknin fis-Saltna tiegħu ssibu djarhom u missjoni qrib Ġesu’.

U inti ħadtu postok qrib Ġesu’ biex tgawdi lill-Imgħallem u sservih fil-kumpanija tal-oħrajn li wkoll iħobbuh?

Ġesu’ jilqa’ lil kull tip ta’ nies bħala ħbieb u kollaboraturi tiegħu.

U int tilqa’ lil kulħadd bħala ħutek jew hemm dawk li b’xi mod eskludejthom diġa’ fil-qalb tiegħek?

Itlob …

Mulej ħeġġeġ qalbi bl-imħabba għalik u għal kulħadd bla eċċezzjoni ħalli nilqa’ u nservi permezz ta’ ġidi, tat-talenti  u tar-riżorsi li inti stess tajtni.

Inti wkoll għażiża ommi Marija, ilqajt bħala ħbiebek lil kull min ried jingħaqad magħkom. Għallimni nħalli lil Ibnek ikabbarli qalbi bl-istess imħabbtu biex miegħek inkompli noffrilu tant u tant erwieħ li nista’ bi mħabbti nressaqhom qribkom ħalli huma wkoll igawdu l-kumpanija tagħkom. Ammen.