291. Riflessjoni fuq Mattew 11: 25-27

Verżjoni Vidjo: Riflessjoni fuq Mattew 11: 25-27

RCMDayEightJesusTeach-770x439_c

L-Evanġelju skont San Mattew 11: 25-27

[Mt:11:25] F’dak iż-żmien Ġesù qabad u qal: “Nfaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, għax inti dawn il-ħwejjeġ ħbejthom lil min għandu l-għerf u d-dehen u wrejthom liċ-ċkejknin.

[Mt:11:26] Iva, Missier, għax lilek hekk għoġbok.

[Mt:11:27] “Kollox kien mogħti lili minn Missieri, u ħadd ma jagħraf lill-Iben jekk mhux il-Missier, kif ħadd ma jagħraf lill-Missier jekk mhux l-Iben u dak li lilu l-Iben irid jgħarrafhulu.

Kummentarju u Meditazzjoni Qasira

Tixtieq tkun taf il-ħsibijiet t’Alla?

Ġesu’ jirringrazzja lill-Missier tas-sema talli wera lid-dixxipli l-għerf u l-għarfien tiegħu.

Xi tgħidilna t-talba li talab Ġesu’ dwar Alla u dwarna nnfusna?

L-ewwelnett tgħidilna li Alla hu kemm il-Misser kif ukoll il-Mulej tas-sema u l-art, imma fl-istess waqt hu wkoll mimli tjieba, imħabba u jagħti kas tal-ħtiġijiet tagħna wliedu. It-talba ta’ Ġesu’ tinkludi wkoll twissija li s-suppervja tista’ żżommna ‘l bogħod mill-imħabba u l-għarfien t’Alla.

X’jagħmilna b’nuqqas ta’ għarfien u għomja għall-ħwejjeġ t’Alla?

Ċertament is-suppervja ta’ meta naħsbu li nafu ħafna, l-indifferenza u l-bruda f’qalbna u r-ras iebsa tagħna li jħallu ‘l Alla u lis-Saltna tiegħu ‘l barra minn ħajjitna.

Ħsieb għal Qalbek …

Is-suppervja hija l-għerq ta’ kull vizzju u l-akbar influwenza tagħna li twassalna biex nidinbu. Hi l-ewwel taħkem il-qalb tagħna tagħmilha kiesħa u indifferenti lejn Alla. Hi wkoll tagħlqilna moħħna għall-verita’ t’Alla f’ħajjitna.

X’inhi s-suppervja?

Hija l-imħabba żbaljata tagħna nnfusna għad-dannu tal-oħrajn u ammirazzjoni eseġerata tat-tagħlim li wieħed għandu u tal-importanza tiegħu nnifsu.

Inti umli biżżejjed li tagħraf ix-xejn tiegħek quddiem Alla u kemm hu jista’ jimliek bl-għerf tiegħu u jgħinnek tikber fl-umilta’ li jixtieq minnek u li togħġbu?

Itlob …

Mulej agħtini l-umilta’ u s-sempliċita’ bħal tat-tfal. Agħtini wkoll is-safa tal-fidi biex inkun nista’ nżomm ħarsti fuqek mimlija bil-ferħ u l-kunfidenza lejn l-imħabba kollha ħniena tiegħek. Neħħili kull dubju, biża’ u attitudni supperva li jistgħu jfixkluni milli nirċievi l-Kelma tiegħek b’fiduċja u b’sottomissjoni umli lejk. Ammen.