282. Riflessjoni fuq Mark 3: 20-21

Verżjoni Vidjo: Riflessjoni fuq Mark 3: 20-21

Mark 3 20-21

L-Evanġelju skont San Mark 3: 20-21

[Mk:3:20] Fdak iż-żmien, Ġesu mar id-dar, u l-kotra reġgħet inġemgħet, hekk li anqas biss setgħu jieklu.

[Mk:3:21] Qrabatu, malli semgħu, ħarġu biex iżommuh, għax qalu li tilef moħħu.

Kummentarju u Meditazzjoni Qasira

Il-Mulej Ġesu’ huwa unurat fid-dar tiegħek?

Għaliex il-qraba ta’ Ġesu’ kienu ddiżappuntati bih meta huwa beda l-ministeru pubbliku tiegħu?

F’okkażjoni minnhom Ġesu’ rrimarka li l-għedewwa tal-bniedem ikunu l-membri tal-familja tiegħu stess. Dan insibuh fl-Evanġelju ta’ San Mattew kapitlu 10 vers 36. Fl-Evanġelju ta’ San Mark insibu miktub dwar ir-reazzjoni tal-qraba ta’ Ġesu’ meta huwa mar id-dar. ‘Ħarġu żżommuh!’ Huma bla dubju ħasbu li Ġesu’ kien iġġennen jew sar reliġjuż fanatiku.

Kif seta’ wieħed b’fama tajba min Nazaret jitlaq is-sena ta’ mastrudaxxa ta’ missieru u jmur isir predikatur?

Ħsieb għal Qalbek …

Ġesu’ rama u ħalla warajh is-sigurta’ u l-protezzjoni tal-ħajja kwieta u rispettata tal-familja u l-qraba tiegħu. Hu bla dubju stenna li jkollu oppożizzjoni mill-awtoritajiet Lhud. L-oppożizzjoni l-aktar iebsa madanakollu tista’ tiġi mingħand xi ħadd qrib tagħna, anke saħansitra dawk tal-istess familja tagħna. Ġesu’ affaċċja oppożizzjoni bl-użu tal-grazzja u b’determinazzjoni li jwettaq ir-rieda tal-Missier.

U inti lest li tobdi lill-Mulej u timxi warajh anke jekk in-nies ta’ madwarek jopponulek milli tagħmel dan?

Itlob …

Mulej agħmel li dejjem inpoġġi lilek l-ewwel f’ħajti u nsib il-ferħ tiegħi f’li nwettaq ir-rieda tiegħek akkost ta’ kull oppożizzjoni.

Marija omm kollok setgħa ħalli mħabbtek u dik t’Ibnek tikber fija b’mod speċjali meta affaċjat mal-kuntrarju u l-persekuzzjoni. Għallimni naġixxi bl-istess mod kif għamiltu intom għall-glorja t’Alla u għall-ġid tiegħi. Ammen.