252. Riflessjoni fuq Ġwanni 3: 13-17

Verżjoni Vidjo: Riflessjoni fuq Ġwanni 3: 13-17

48729145222_62e082c401_c

L-Evanġelju skont San Ġwann 3: 13-17

[Ġw:3:13] Fdak Ġesu qal lil Nikodemu: Ħadd ma tela’ s-sema ħlief Bin il-bniedem, li niżel mis-sema.

[Ġw:3:14] U kif Mosè rafa’ s-serp fid-deżert, hekk jeħtieġ li jkun merfugħ Bin il-bniedem,

[Ġw:3:15] biex kull min jemmen fih ikollu l-ħajja ta’ dejjem.

[Ġw:3:16] Għax Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta’ dejjem.

[Ġw:3:17] Għax Alla ma bagħatx lil Ibnu fid-dinja biex jagħmel ħaqq mid-dinja, imma biex id-dinja ssalva permezz tiegħu.

Kummentarju u Meditazzjoni Qasira

Fid-diskors tiegħu lil Nikodemu Ġesu’ jispjegalu l-bżonn tas-salib u l-qawmien xebh ma’ Mosè u s-serp tal-bronż fid-deżert. Fl-Iskrittura fil-ktieb tan-Numri kapitlu 21 vers 8 insibu li meta l-poplu t’Iżrael kienu migduma mis-sriep fid-deżert minħabba dnubiethom Alla kellem lil Mosè u qallu: ‘Agħmel serp tal-bronż velenuż u arbluh bħal standard u kull min jingidem u jħares lejh ifieq u jgħix.’

Is-serp tal-bronż u s-simbolu tas-salib ta’ Kristu li jirbaħ fuq il-mewt u d-dnub u jikseb il-ħajja eterna għal dawk li jemmnu. Ir-riżultat ta’ Ġesu’ li jintrefa’ ‘l fuq fuq is-salib u lir-rfiegħ u l-eżaltazzjoni tiegħu għan-naħa tal-lemin tal-Missier fis-sema hu t-twelid ġdid tagħna fl-Ispirtu u l-Adozzjoni tagħna bħala wlied Alla.

Ħsieb għal Qalbek …

Alla mhux biss isalvana, imma jimliena bl-istess ħajja Divina tiegħu u bil-qawwa biex nistgħu naqsmu miegħu l-istess glorja tiegħu. Ġesu’ jagħtina l-Ispirtu qaddis tiegħu ħalli aħna jkollna l-qawwa biex inkunu xhieda tiegħu u biex inxandru u niddefendu l-Evanġelju bil-kliem u bl-azzjoni u li qatt ma nistħu mis-salib ta’ Kristu. L-imħabba vera ma tħarisx lejn il-prezz hi tagħti b’liberta’.

Maħbub jew maħbuba vera jagħtu l-aħjar tagħhom u kulma għandhom għal min iħobbu. Alla wriena l-imħabba tiegħu għalina meta tana l-aħjar li seta’ joffrilna l-Iben waħdieni tiegħu li ta lilu nnifsu b’mod liberu bħala offerta lil Alla għalina u bħala s-sagrifiċċju li patta għad-dnub tagħna u tad-dinja kollha.

Il-figura t’Iżakk l-uniku iben t’Abraham li Abraham kien lest li joffrieh b’sagrifiċċju lill-Mulej fiha nilmħu l-offerta u s-sagrifiċċju perfett ta’ Ġesu’ l-Iben maħbub u waħdieni t’Alla. Dan il-passaġġ fl-Evanġelju ta’ San Ġwann jgħidilna dwar il-kobor bla qies li Alla għandu għalina. Mhux imħabba li teskludi lil xi ħadd jew li tiffavurixxi lil xi poplu wieħed imma mħabba redentiva’ li tgħannaq lid-dinja kollha u mħabba personali għal kull wieħed u waħda minna li Alla ħalaq. Alla hu Missier t’imħabba infinita’ li ma jistax jistrieħ qabel ma jara ‘l ulied imxerrda tiegħu jaslu d-dar għandu.

Santu Wistin jgħid: ‘Alla jħobb lil kull wieħed u waħda minna daqs li kieku kien hemm biss wieħed minna biex iħobb.’ Dak li nħobbu juri dak li nippreferu.

U inti lil Alla tħobbu fuq kull ħaġa oħra?

Tagħtih l-aħjar u dak li joħroġ minn qalbek?

Tagħti l-ewwel preferenza lill-Kelma tiegħu biex tgħixha kif jixtieqek Hu?

Itlob …

Mulej Ġesu’ Kristu l-mewt tiegħek ġabitilna l-ħajja. Alla jagħtina l-liberta’ biex nagħżlu lil min iridu nħobbu jekk mhux lilu u l-ħajja li kisibilna bis-salib tiegħu jew lix-xitan li jaqbadna fix-xibka tad-dnub li jwassalna għall-mewt eterna.

Għażiża Marija ommna f’idejk nafda r-ruħ tiegħi li Ibnek feda. Wassalni int biex imħabbti tkun iggwidatha minn dak li hu veru, minn dak li hu tajjeb u sabiħ. B’hekk jiena nagħżel bħalek lil Alla u nħobbu fuq kollox. Ammen.