224. Riflessjoni fuq Mattew 4: 18-22

Verżjoni Vidjo: Riflessjoni fuq Mattew 4: 18-22

image111

L-Evanġelju skont San Mattew 4: 18-22

[Mt:4:18] Huwa u jdur ma’ xatt il-baħar tal-Galilija lemaħ żewġt aħwa, Xmun jgħidulu Pietru, u ħuh Indrì, qegħdin jixħtu x-xbiek fil-baħar, għax kienu sajjieda.

[Mt:4:19] U qalilhom: “Ejjew warajja, u nagħmilkom sajjieda tal-bnedmin.”

[Mt:4:20] U minnufih telqu x-xbiek, u marru warajh.

[Mt:4:21] Wara li mexa minn hemm ra żewġt aħwa oħra, Ġakbu ta’ Żebedew u ħuh Ġwanni, qegħdin fid-dgħajsa ma’ missierhom Żebedew isewwu x-xbiek tagħhom, u sejjħilhom.

[Mt:4:22] Minnufih telqu d-dgħajsa u lil missierhom, u marru warajh.

Kummentarju u Meditazzjoni Qasira

Għaliex Ġesu’ wettaq il-Miraklu tal-qabda l-kbira tal-ħut?

Ġesu’ ried juża din l-okkażjoni biex jagħti tagħlima importanti lid-dixxipli. Minkejja li Xmun kien għajjien wara lejl jitħabat għalxejn xorta waħda kompla jikkumbatti għall-Kelma ta’ Ġesu’ infatti qallu: ‘La qiegħed tgħid int ħa nkala x-xbiek.’

Ħsieb għal Qalbek …

Meta tħabbat wiċċek ma’ diżappunti u fallimenti, inti tinsisti mall-Mulej bħal Xmun biex inti tisma’ l-Kelma tiegħu u tirċievi l-Kmand tiegħu?

Dan l-inċident jgħidilna verita’ importanti dwar kif Alla jaħdem fil-ħajja tagħna u permezz tal-ħajja tagħna fil-glorja tiegħu. Alla jistenna minna affarijiet akbar milli aħna nistgħu nagħmlu waħedna. Meta aħna nikkoperaw mall-ħidma tiegħu, aħna nwettqu ħafna aktar minn dak li nistgħu nagħmlu waħedna; anzi dak li f’għajnejna jidher impossibli.

Inti xhud veru tal-ferħ tal-Vanġelu ma’ dawk ta’ madwarek u titlob għall-ġirien tiegħek, għal sħabek tax-xogħol, għall-qraba ħalli huma wkoll isiru jafu lill-Mulej Ġesu’ u jikbru fil-għarfien tal-imħabba tiegħu?

Itlob …

Mulej imla lil qalbi bl-imħabba u l-mogħdrija għal dawk li ma jafukx jew li ma jimxux warajk. Agħmel li nkun xhud tajjeb tal-verita’ u s-salvazzjoni tiegħek għall-familjari, għall-ħbieb u għall-kolleggi tiegħi.

Marija ommi għażiża, għallimni int nkun dixxiplu tajjeb t’Ibnek fuq l-istess eżempju tiegħek li int d-dixxiplu perfett tiegħu. Ammen.