210. Riflessjoni fuq Luqa 18: 1-8

Verżjoni Vidjo: Riflessjoni fuq Luqa 18: 1-8

lessons-from-parables-persisten-widow

L-Evanġelju skont San Luqa 18: 1-8

[Lq:18:1] Fdak iż-żmien, Ġesu qalilhom parabbola biex jurihom li għandhom dejjem jitolbu bla ma jaqtgħu.

[Lq:18:2] Qalilhom: “Kien hemm f’belt wieħed imħallef, li la kien jibża’ minn Alla u lanqas iħabbel rasu minn ħadd.

[Lq:18:3] F’dik il-belt kien hemm waħda armla, u kienet tmur għandu u tgħidlu, ‘Agħmilli ħaqq kontra l-għadu tiegħi.’

[Lq:18:4] Hu ma riedx, u dam ħafna hekk; iżda mbagħad bejnu u bejn ruħu qal, ‘Mhux għax nibża’ minn Alla jew għax se nħabbel rasi min-nies,

[Lq:18:5] imma għallinqas għax din l-armla dejjqitni; ħa nagħmlilha ħaqq, biex ma tibqax ġejja u sejra sa ma tifnini.'”

[Lq:18:6] U l-Mulej qal: “Isimgħu ftit x’jgħid l-imħallef il-ħażin.

[Lq:18:7] Mbagħad Alla, lill-magħżulin tiegħu li jgħajjtulu lejl u nhar, sejjer ma jagħmlilhomx ħaqq? Se joqgħod itawwal magħhom?

[Lq:18:8] Jiena ngħidilkom li malajr jagħmlilhom ħaqq. Imma taħsbu intom li Bin il-bniedem se jsib il-fidi fuq l-art meta jiġi?”

Kummentarju u Meditazzjoni Qasira

Kif jista’ dan l-imħallef tal-parabbola li ma staħax u li kien tassew inġust jurina xi ħaġa dwar il-ġustizzja tas-Saltna t’Alla?

L-istorja ta’ Ġesu’ turina verita’. Din l-armla li kienet indifiża ttieħed vantaġġ fuqha u ġew irrifjutati d-drittijiet tagħha. Kien biss bil-persistenza qawwija tagħha li dejqet lill-imħallef li sa fl-aħħar għamilha ġustizzja. Bil-persistenza tagħha hi tassew waslet lil dan l-imħallef li jagħtiha li riedet.

Din il-persistenza hija vera wkoll għal dawk li jafdaw f’Alla. Ġesu’ jurina kif Alla l-imħallef ġust tagħna huwa dejjem iżjed lest biex jagħtina l-ġustizzja tiegħu, il-barka tiegħu u l-għajnuna meta neħtieġuha. Imma aħna nistgħu faċilment naqtgħu qalbna jew ninsew induru lejn Alla Missierna għall-grazzja u l-għajnuna. Ġesu’ qal din il-parabbola biex jagħtina tama ġdida u kunfidenza fih. Ġesu’ qal lid-dixxipli tiegħu li f’din il-ħajja preżenti għandna nistennew kull xorta ta’ tiġrib u kuntrarju, imma ma għandna naqtgħu qalbna qatt u ma għandniex nieqfu nafdaw lil Alla. Għandna dejjem inkabbru t-tama tagħna Fih. Fil-ġudizzju tal-aħħar Alla jirrivela r-rebħa tiegħu fuq il-ġustizzja u jkisser kull tip t’inġustizzja tagħna l-bnedmin. Hu jurina li mħabbtu hija aktar qawwija mill-mewt. Il-ġusti jħarsu ‘l quddiem bit-tama li f’dak il-jum huma jirċievu mingħandu l-ħlas devut lilhom.

Ħsieb għal Qalbek …

Ġesu’ jispiċċa l-parabbola tiegħu b’mistoqsija diretta lejna. Fina se jsib fidi fl-aħħar taż-żmien, f’dak il-mument meta Ġesu’ li jerġa’ lura fil-glorja tiegħu biex jiġġudika l-ħajjin u l-mejtin?

Il-fidi tingħata lilna bħala don bla ħlas li Alla fi mħabbtu, iżejjinha bih. Jekk aħna rridu ngħixu, nikbru u nipperseveraw f’din il-fidi sal-aħħar għalhekk aħna għandna ngħixuha bil-Kelma t’Alla u bl-Ewkaristija. Meta t-tiġrib u ddiżappunti jiġu fuqna fejn inpoġġu t-tama tagħna?

U inti titlob bil-kunfidenza tal-fidi u temmen li Alla se juri miegħek ħniena u jagħti kas tal-bżonnijiet kollha tiegħek?

Itlob …

Għażiż Mulej, agħtini dik il-fidi li biha nemmen il-wegħdiet kollha tiegħek u li biha nippersevera fit-tama tiegħi Fik sal-aħħar minkejja t-tiġrib u l-kuntrarju ta’ din il-ħajja.

Għażiża ommi Marija, inti li dejjem poġġejt it-tama tiegħek fil-Mulej għallimni kif għandi nafda jien ukoll fl-imħabba mingħajr kundizzjoni tiegħu u kif għandi nsib il-ferħ vera tiegħi Fih u Fih biss. Ammen.