205. Riflessjoni fuq Ġwanni 2: 13-23

Verżjoni Vidjo: Riflessjoni fuq Ġwanni 2: 13-23

728px-CastingoutMoneyChangers

L-Evanġelju skont San Ġwann 2: 13-23

[Ġw:2:13] Kien qorob l-Għid tal-Lhud, u Ġesù tela’ Ġerusalemm.

[Ġw:2:14] Fit-tempju sab min qiegħed ibigħ barrin, nagħaġ u ħamiem, u min kien bilqiegħda jsarraf il-flus.

[Ġw:2:15] Għamel sawt mill-ħbula, u keċċiehom ilkoll ‘il barra mit-tempju, bin-nagħaġ u l-barrin tagħhom; xerred il-flus ta’ dawk li kienu jsarrfu, u qalbilhom l-imwejjed.

[Ġw:2:16] U lill-bejjiegħa tal-ħamiem qalilhom: “Warrbu dawn minn hawn, u dar Missieri tagħmluhiex dar tan-negozju!”

[Ġw:2:17] Id-dixxipli ftakru f’dak li kien hemm miktub fl-Iskrittura, “Il-ħeġġa għal darek fnietni.’

[Ġw:2:18] Mbagħad il-Lhud qabdu u qalulu: “X’sinjal se turina li inti tista’ tagħmel dan?”

[Ġw:2:19] Ġesù weġibhom: “Ħottu dan it-tempju, u fi tlitt ijiem nerġa’ ntellgħu.”

[Ġw:2:20] Għalhekk il-Lhud qalulu: “Dan it-tempju ħa sitta u erbgħin sena biex inbena, u int se ttellgħu fi tlitt ijiem?”

[Ġw:2:21] Iżda hu tkellem fuq it-tempju tal-ġisem tiegħu.

[Ġw:2:22] Meta mbagħad qam mill-imwiet, id-dixxipli tiegħu ftakru f’dan li kien qal, u emmnu fl-Iskrittura u fil-kliem li kien qal Ġesù.

[Ġw:2:23] Waqt li kien Ġerusalemm għall-festa ta’ l-Għid, kien hemm ħafna li emmnu f’ismu billi raw is-sinjali li kien jagħmel.

Kummentarju u Meditazzjoni Qasira

X’jista’ jżommna ‘l bogħod mill-preżenza t’Alla?

Id-dixxipli raw il-mod drammatiku li bih Ġesu’ jnaddaf it-Tempju bħala sinjal profetiku tal-azzjoni t’Alla. Bit-Tempju n-nies kienet tifhem il-post fejn jgħammar Alla fost il-poplu tiegħu. Bl-istess mod kif Ġesu’ naddaf it-Tempju hekk ukoll b’mod profetiku u b’sinjal huwa jrid inaddaf lil kull wieħed u waħda minna. Huwa dejjem ifittex ħerqan li jnaddafna mid-dnub ħalli jagħmilna Tempji ħajjin tal-Ispirtu s-Santu.

U inti għandek l-għatx għal vera qdusija?

Ħsieb għal Qalbek …

Ġesu’ jirreferi għat-Tempju bħala d-dar ta’ Missieru li huma kienu għamluha kif insibu fiż-żewġ Evanġelji jew id-dar tan-negozju jew inkella d-dar tal-ħallelin. Kienet għal din ir-raġuni li hu uża forza fiżika biex qalbilhom saħansitra l-imwejjed fejn kienu qed isarfu l-flus.

Id-dixxipli ta’ Ġesu’ f’dak il-mument ftakru x’hemm miktub fil-ktieb tas-Salmi. ‘Il-ħeġġa għal darek fnietni.’ Din kienet mifhuma bħala profezija Messjanika. Hawnhekk id-dixxipli raw b’mod aktar ċar bħala l-Messija kellu jkun mimli biż-żelu għad-dar t’Alla. L-awtoritajiet Lhud imma riedu prova li Ġesu’ kellu l-awtorita’ Divina biex jaġixxi b’dan il-mod. Huma stennew sinjal mingħand Alla biex jagħtu raġun lil Ġesu’. Ġesu’ jwieġeb li s-sinjal li Alla jagħti huwa dak tal-qawmien mill-mewt. ‘Ħottu dan it-Tempju u fi tliet ijiem nerġa’ ntellgħu.’ Il-Lhud ma fehmux li t-Tempju li jsemmi Ġesu’ huwa b’referenza għall-ġisem tiegħu stess.

U inti tħeġġeġ biż-żelu għad-dar t’Alla?

Itlob …

Mulej Ġesu’ inti tiftaħ beraħ il-bieb tad-dar t’Alla Missierek ħalli tistedinna biex b’kunfidenza nidħlu u naduraw bl-Ispirtu u l-verita’.

Għażiża ommi Marija, għenni nersaq qrib it-tron tal-ħniena bil-gratitudni u bil-ferħ bl-istess mod kif inti ersaqt dejjem b’umilta’ u bi gratitudni lejn Alla. Ammen.