204. Riflessjoni fuq Luqa 16: 9-15

Verżjoni Vidjo: Riflessjoni fuq Luqa 14: 9-15

v_opt-2

L-Evanġelju skont San Luqa 16: 9-15

[Lq:16:9] Fdak iż-żmien, Ġesu qal: “U jiena ngħidilkom, agħmlu għalikom infuskom ħbieb ta’ qligħ il-ħżunija, ħalli meta jonqoskom, jilqgħukom fl-għerejjex ta’ dejjem.

[Lq:16:10] Min hu fidil f’ħaġa tassew żgħira, hu fidil ukoll fil-ħafna; min hu diżonest f’ħaġa tassew żgħira, hu diżonest ukoll fil-ħafna.

[Lq:16:11] Jekk mela ma wrejtux ruħkom fidili fil-qligħ il-ħażin, min se jafdalkom il-ġid veru?

[Lq:16:12] U jekk ma wrejtux ruħkom fidili f’dak li hu ta’ ħaddieħor, min se jagħtikom dak li hu tagħkom?

[Lq:16:13] Ebda qaddej ma jista’ jaqdi żewġ sidien, għax jew ikun jobgħod lil wieħed minnhom u jħobb lill-ieħor, jew jintrabat ma’ wieħed u jistmell lill-ieħor. Ma tistgħux taqdu lil Alla u lill-flus.”

[Lq:16:14] Il-Fariżej, li kellhom ir-regħba għall-flus, meta semgħuh jgħid dan kollu qabdu jiddieħku bih.

[Lq:16:15] Iżda hu qalilhom: “Intom dawk li tagħmluha ta’ nies sewwa f’għajnejn il-bnedmin. Imma Alla qalbkom jafha. Għax dak li f’għajnejn il-bnedmin hu kbir, quddiem Alla hu mistkerrah.

Kummentarju u Meditazzjoni Qasira

Kif inhu mqabbel il-flus bi qligħ diżonest mal-ħajja eterna?

Ġesu’ jħeġġeġ lid-dixxipli tiegħu biex jimxu fuq il-passi tal-amministratur diżonest li għamel użu mill-flus b’mod ġeneruż biex jagħmel ħbieb għalih inifsu. Din il-parabbola nsibuha f’San Luqa kapitlu 16 versi minn 1 sa 9. Dawk li b’xi mod qed jirċievu xi ġid mingħandek isiru l-ħbieb tiegħek għaliex int qed tkun ħanin magħhom fil-mumenti fejn l-aktar li huma fil-bżonn bl-istess mod kif Alla hu ħanin miegħek meta inti fil-bżonn tal-maħfra u l-għajnuna tiegħu.

Ħsieb għal Qalbek …

X’inhu l-għadu tal-ġenerożita’?

Hi r-rebgħa l-kilba eseġerata għas-sigurta’ personali. Alla hu ġeneruż u jissuperana lkoll fl-abbundanza tad-doni tiegħu għalina.

Int skoprejt il-ferħ u l-liberta’ ta’ min hu ġeneruż m’Alla u mal-oħrajn u ta’ min juża bil-għaqal il-ġid li Alla jipprovdielu?

Itlob …

Mulej ħeġġiġli qalbi bin-nar ta’ mħabbtek ħalli nkun devot lejk b’mod totali fuq kull ħaġa oħra.

Marija ommi xempju ta’ kull virtu’ u xebba kollok għaqal. Għallimni nħaddem il-ġid materjali li ġie misluf lili b’għaqal u b’ġenerożita’ għall-glorja t’Alla u għall-ġid tal-proxxmu. Ammen.