199. Riflessjoni fuq Luqa 14: 1, 7-11

Verżjoni Vidjo: Riflessjoni fuq Luqa 14: 1, 7-11

who-hath-ears-to-hear-let-him-hear

L-Evanġelju skont San Luqa 14: 1. 7-11

[Lq:14:1] Darba, kien is-Sibt, Ġesu daħal għand wieħed mill-kapijiet tal-Fariżej biex jiekol għandu, u huma qagħdu għajnejhom fih.

[Lq:14:7] Billi ra b’għajnejh kif il-mistednin bdew jagħżlu l-postijiet ta’ quddiem fil-mejda, qalilhom din il-parabbola:

[Lq:14:8] “Meta wieħed jistiednek għal xi festa ta’ tieġ, tmurx toqgħod fil-post ta’ quddiem, li ma jkunx hemm xi mistieden aqwa minnek,

[Lq:14:9] u dak li jkun stieden lilek u lilu jiġi fuqek jgħidlek, ‘Agħti l-post lil dan’, u int imbagħad, b’regħxa ta’ mistħija fuqek, ikollok tieħu l-post ta’ l-aħħar.

[Lq:14:10] Għall-kuntrarju, meta tkun mistieden, mur inxteħet fil-post ta’ l-aħħar, biex meta jiġi dak li stiednek jgħidlek, ‘Ħabib, itla f’post aktar ‘il fuq.’ U dan ikun ta’ ġieħ għalik quddiem dawk kollha li jkunu fil-mejda miegħek.

[Lq:14:11] Għax kull min jitkabbar, jiċċekken; u min jiċċekken, jitkabbar.”

Kummentarju u Meditazzjoni Qasira

Min irid ikun l-aħħar? Hi biss naturali li tixtieq ir-rispett u l-istima mingħand l-oħrajn?

Il-parabbola ta’ Ġesu’ dwar il-mistednin għall-Festa tat-tieġ tikxef il-mottivi tagħna ta’ tfittxija għall-unur u l-pożizzjoni. Il-pożizzjoni tagħna nfusna hi ħafna drabi miksuba, askapitu tal-oħrajn. Il-parabbola ta’ Ġesu’ tkompli ssostni it-tgħallim tal-Ktieb tal-Proverbji kapitlu 25 versi minn 6 sa 7. ‘Tersaqx ‘il quddiem lejn is-Sultan, toqgħodx fejn joqgħodu l-kbarat’, għax aħjar jgħidulek: Itla’ ‘l fuq milli jniżżluk ‘l isfel quddiem il-kbarat.’

Ħsieb għal Qalbek …

X’inhi l-umilta’ vera u għaliex għandna nagħmluha karatteristika li timmarkalna ħajjitna u l-azzjonijiet tagħna?

L-umilta’ vera mhix li ma tħossokx tajjeb dwarek innifsek jew li jkollok opinjoni inferjuri fuqek innifsek meta imqabla ma’ tal-oħrajn. L-umilta’ vera teħlisna mill-preokupazzjoni fuqna nfusna filwaqt li opinjoni inferjuri dwarna għandha t-tendenza li twassalna niffukaw fuqna nfusna. L-umilta’ hi verita’ fl-għarfien tagħna nfusna u verita’ fl-azzjoni. Jekk inħarsu lejna nfusna fil-verita’ b’ġudizzju ġust inkunu qed naraw lilna nfusna kif jarana Alla. L-umilta’ teħlisna biex inkunu nistgħu nħobbu u nservu lill-oħrajn mingħajr egoiżmu għalihom infushom aktar milli biex niggwadanjaw xi ħaġa aħna.

Pawlu l-appostlu jagħtina l-akbar eżempju u mudell ta’ virtu’ fil-persuna ta’ Ġesu’ Kristu, li tneżża’ minn kollox billi ħa n-natura t’ilsier ċekken lilu nnifsu billi obda sal-mewt, anzi sal-mewt tas-salib. Din insibuha fl-ittra lill-Filippin kapitlu 2 versi minn 7 sa 8. Il-Mulej jagħti l-grazzja tiegħu lill-umli.

Int trid tkun qaddej umli u taqdi kif qdiena Ġesu’?

Itlob …

Mulej Ġesu’ int sirt qaddej għalija biex teħlisni mit-tirannija tal-egoiżmu, tal-biża’ u tas-suppervja.

Għażiża Marija xempju tal-umilta’ u qaddejja qalbiena t’Alla u tal-bnedmin għenni nkun umli bħalek u nħobb b’qalb kbira lil dawk li Ibnek iridni nservi. Ammen.