197. Riflessjoni fuq Luqa 13: 31-35

Verżjoni Vidjo: Riflessjoni fuq Luqa 13: 31-35

20190317SermonHeader

L-Evanġelju skont San Luqa 13: 31-35

[Lq:13:31] Fdak iż-żmien, resqu fuq Ġesu xi Fariżej u qalulu: “Mur, itlaq minn hawn, għax Erodi jrid joqtlok.”

[Lq:13:32] U hu qalilhom: “Morru għidulu lil dak il-volpi, ‘Ara, jiena nkeċċi x-xjaten u nfejjaq il-mard illum u għada, u fit-tielet jum nasal fit-tmiem tiegħi.

[Lq:13:33] Madankollu llum u għada u pitgħada jeħtieġli nissokta t-triq tiegħi, għax ma għandux ikun li profeta jinqered barra minn Ġerusalemm.

[Lq:13:34] Ġerusalemm! Ġerusalemm! Int li toqtol il-profeti u tħaġġar il-messaġġiera li jibgħatlek Alla; kemm ridt niġbor lil uliedek bħalma l-qroqqa tiġbor il-flieles tagħha taħt ġwenħajha, u int ma ridtx!

[Lq:13:35] Ara, darkom għad iħalluhielkom ħerba! U ngħidilkom, li m’intomx se terġgħu tarawni sa dakinhar li tgħidu, ‘Mbierek min ġej f’isem il-Mulej!'”

Kummentarju u Meditazzjoni Qasira

Għandek sigurta’ addattata biex tikkumbatti diżastri?

Meta wħud mill-Fariżej wissew lil Ġesu’ dwar ir-rabja u l-pjan ta’ distruzzjoni t’Erodi kontra tiegħu hu min naħa tiegħu wissihom dwar id-diżastru spiritwali li jista’ jilħaq lil kulħadd u kif tevitah.

Bħal Ġwanni l-Battista u l-profeti ta’ qablu, Ġesu’ jpoġġi theddida lill-awtoritajiet governattivi ta’ żmienu. Ġesu’ saħansitra lil Erodi sejjaħlu volpi. X’ridt ifisser b’din l-espressjoni?

Il-volpi kien ikkusidrat bħala l-aktar annimal makkakk u l-aktar distruttiv ukoll. Il-volpi kien ukoll simbolu ta’ xi ħadd bla valur u insinifikanti.

Ħsieb għal Qalbek …

Irid ikollok kuraġġ kbir biex topponi tirann b’mod miftuħ. Ġesu’ kien jaf li kien se jsofri l-istess destin bħal profeti ta’ qablu. Hu mhux biss b’mod miftuħ espona lilu nnifsu għall-perikli, imma talab għall-persekuturi u għal dawk li rrifjutaw mill-profeti li Alla bgħatt.

Int titlob għal min jippersegwitak u għal dawk li jirrifjutaw il-profeti li jibgħat Alla? Titlob għall-għedewwa tiegħek u dawk li jopponu għall-Evanġelju fi żminijietna?

Ix-xewqa ta’ Ġesu’ li jiġbor l’uliedu bħal ma’ qroqqa tiġbor lill-flieles tagħha taħt ġwenħajha fil-belt t’Alla, b’dispjaċir għalih ma seħħitx għal ħafna min-nies ta’ żmienu.

U inti ħajtek hi fiż-żgur u sottomessa lejn Ġesu’ s-Sultan tas-sema u l-art?

Itlob …

Mulej Ġesu’ fik inpoġġi l-fiduċja u t-tama kollha tiegħi. Agħmel li nixtieq lilek u r-rieda tiegħek fuq kollox u fuq kull ħaġa u li nixxennaq għal Ġerusalemm tas-sema bħala d-dar u r-refuġju vera tiegħi.

Maħbuba Marija, Omm Alla u ommna; int li int l-belt t’Alla nnifsu, itlob għalija biex inħalli lil Ibnek jimlieli qalbi bi mħabba u ħniena għall-oħrajn ħalli jien nixhed b’qawwa għall-verita’ u l-ferħ tal-Vanġelu, bi kliemi u b’għemili kemm ma’ dawk li jaċċettawha kif ukoll ma’ dawk li jopponuha. Ammen.