169. Riflessjoni fuq Luqa 8: 19-21

Verżjoni Vidjo: Riflessjoni fuq Luqa 8: 19-21

466

L-Evanġelju skont San Luqa 8: 19-21

[Lq:8:19] Ġew għalih ommu u ħutu, iżda ma setgħux jersqu lejh minħabba l-folla.

[Lq:8:20] Xi ħadd qallu: “Ommok u ħutek qegħdin hawn barra u jridu jarawk.”

[Lq:8:21] Iżda hu weġibhom: “Ommi u ħuti huma dawk li jisimgħu l-kelma ta’ Alla u jagħmlu li jgħid Hu.”

Kummentarju u Meditazzjoni Qasira

Għaliex Ġesu’ jidher qed jinjora lill-familjari tiegħu stess meta dawn kienu qed ifittxu lil Ġesu’ biex ikellmuh?

Ġesu’ qatt ma kien jitlef l-okkażjoni biex jgħallem lid-dixxipli tiegħu lezzjoni spiritwali u l-verita’ tas-Saltna t’Alla. M’għandniex dubju dwar ir-rispett u l-imħabba li hu dejjem wera lejn Ommu u l-familjari tiegħu, imma f’din l-okkażjoni fejn ħafna inġabru biex jisimgħu lil Ġesu’ hu tefa’ dawl fuq realta’ għola ta’ relazzjonijiet. Dik tar-relazzjoni tagħna m’Alla u ma’ dawk li huma t’Alla.

Alla joffrilna l-akbar fost ir-relazzjonijiet. L-unjoni tal-qalb, tal-moħħ u tal-Ispirtu tagħna miegħu nnifsu. L-uniku awtur u s-sors tal-imħabba. L-imħabba t’Alla qatt ma tiġi nieqsa, qatt ma tinsa, qatt ma tagħmel kompromessi, qatt ma tigdeb, qatt ma tweġġgħana u lanqas tiddiżapuntana. Hu għalhekk li Ġesu’ joffri sfida lid-dixxipli tiegħu u anke lill-istess familjari tiegħu ta’ din id-dinja biex jagħrfu li Alla huwa l-veru sors tar-relazzjonijiet kollha. Alla jrid li r-relazzjonijiet kollha tagħna jkollhom l-għeruq tagħhom fl-imħabba tiegħu.

Ħsieb għal Qalbek …

L-addozzjoni tagħna bħala wlied t’Alla titrasforma r-relazzjonijiet ta’ bejnietna u tirrikjedi ordni ġdida ta’ lealta’ lejn Alla l-ewwel u lejn is-Saltna tiegħu tas-sewwa u tal-paċi.

Inti trid tikber fl-imħabba u fir-relazzjonijiet?

Ħalli l-Ispirtu t’Alla jittrasforma lil qalbek, lil moħħok u lir-rieda tiegħek biex tkun tista’ tħobb b’mod sħiħ bil-liberta’ u l-ġenerożita’ kif iħobbna hu.

Itlob …

Missier tas-sema int tberikna bil-familjari u l-ħbieb, kemm dawk spiritwali kif ukoll dawk naturali. Għenni nħobb b’qalb kbira bil-mogħdrija u l-ħlewwa. Agħmel li dejjem nagħżel u nfittex ir-rieda mqaddsa tiegħek ħalli nagħmel dejjem dak li hu tajjeb, li hu mimli mħabba fir-relazzjonijiet kollha tiegħi. Ammen.