168. Riflessjoni fuq Mattew 9: 9-13

Verżjoni Vidjo: Riflessjoni fuq Mattew 9: 9-13

unnamed (2)

L-Evanġelju skont San Mattew 9: 9-13

[Mt:9:9] Fdak iż-żmien Ġesu, huwa u għaddej minn hemm, ra wieħed bilqiegħda quddiem il-mejda tat-taxxi; kien jismu Mattew.”Ejja warajja,” qallu. Dak qam u mar warajh.

[Mt:9:10] U ġara li, kif qagħad għandu għall-mejda, ġew bosta pubblikani u midinbin u qagħdu madwar il-mejda ma’ Ġesù u d-dixxipli tiegħu.

[Mt:9:11] Meta raw dan il-Fariżej qalu lid-dixxipli: “Għaliex jiekol mal-pubblikani u l-midinbin l-Imgħallem tagħkom?”

[Mt:9:12] Hu semagħhom, u qal: “It-tabib ma jeħtiġuhx dawk li huma f’saħħithom, iżda l-morda.

[Mt:9:13] Mela morru tgħallmu x’jiġifieri, ‘Ħniena rrid, u mhux sagrifiċċju’; għax mhux lill-ġusti ġejt insejjaħ, iżda lill-midinbin.”

Kummentarju u Meditazzjoni Qasira

Inti qatt esperjenzajt il-Ħniena t’Alla u titratta lill-proxxmu tiegħek bi ħniena?

In-nies fil-Palestina kienu maqsuma qishom żewġ gruppi. Dawk li kienu riġidi fl-osservanza tal-liġi u l-bqija li ma kienux iżommu mar-regoli fid-dettalji tagħhom. L-osservanti kienu jitrattaw lill-bqija bħala ċittadini tat-tieni klassi. Kienu bi skruplu jevitaw il-kumpanija tagħhom, jirrifjutaw li jinnegozjaw magħhom, jirrifjutaw li jagħtu jew jirċievu xi ħaġa minn għandhom, jirrifjutaw li jitħalltu bi żwieġ u jirrifjutaw li jgħaddu ħin ta’ mistrieħ u divertiment magħhom inkluż li jieklu magħhom.

Meta Ġesu’ jassoċja lilu nnifsu ma’ dawn it-tip ta’ nies b’mod speċjali dawk li kienu jiġbru t-taxxi u l-midinbin. Dawk li kienu l-osservanti xxukjaw ruħhom. Meta Ġesu’ sejjaħ lil Mattew biex ikun wieħed mid-dixxipli tiegħu hu għażel raġel li kien jiġbor it-taxxi u li minħabba l-professjoni tiegħu l-Lhud kienu jobogħduh. Fuq kollox kien jiġbor it-taxxi u mqabbad mir-Rumani u li xejn ma kienu ġusti magħhom.

Ħsieb għal Qalbek …

Meta il-Fariżej sfidaw dan l-atteġjament ta’ Ġesu’ li jiekol mall-midinbin pubbliċi. Id-difiża li juża Ġesu’ kienet sempliċi ħafna. ‘It-tabib ma jeħtieġlux li jżur lin-nies b’saħħithom minflok hu jmur għand dawk li kienu morda.’ Ġesu’ bl-istess mod kien ifittex lil dawk li l-aktar kienu fil-bżonn. Tabib tajjeb ifittex il-fejqan fil-persuna b’mod sħiħ. F’ġisimha, fil-menti tagħha u fl-ispirtu tagħha. Ġesu’ ġie bħala t-Tabib divin u r-Ragħaj it-tajjeb biex jieħu ħsieb il-poplu tiegħu u biex iġeddidhom għall-ħajja fil-milja tagħha. Dawk li akkużaw lil Ġesu’ kienu tant mheddija bl-osservanzi tagħhom tar-reliġjon li naqsu milli jgħinu dawk l-istess nies li kienu fil-bżonn tal-attenzjoni spiritwali. Ironikament kienu huma wkoll li kellhom l-istess bżonn bħan-nies li kienu jiddisprezzaw għax huma kienu egoisti u suppervi.

U inti tirringrazzja lil Alla għall-ħniena li jurik u tfittex dak li hu l-aħjar għall-proxxmu tiegħek u turihom ħniena?

Itlob …

Għeżież Ġesu’ u Marija, aħna issa niġu għandkom b’fiduċja għaliex nafu li intom dejjem titrattawna bi ħniena.

Il-qlub tagħna huma kiesħa; kebbsuhom bl-imħabba bla egoiżmu tagħkom.

Il-qlub tagħna huma midinba; naddfuhom bid-demm prezzjuż tas-Salvazzjoni.

Il-qlub tagħna huma dgħajfa; qawwuhom bl-ispirtu tagħkom ta’ ferħ.

Il-qlub tagħna huma vojta; imlewhom bil-preżenza t’Alla.

Il-qlub tagħna huma tagħkom; ipposeduhom dejjem u għalikom biss. Ammen.