158. Riflessjoni fuq Luqa 4: 38-44

Verżjoni Vidjo: Riflessjoni fuq Luqa 4: 38-44

Day_SimonsMotherinLaw_710

L-Evanġelju skont San Luqa 4: 38-44

[Lq:4:38] Ġesù qam u telaq mis-sinagoga, u daħal għand Xmun. Issa omm il-mara ta’ Xmun kellha fuqha deni qawwi, u talbuh jgħinha.

[Lq:4:39] Resaq fuqha, ordna lid-deni, u d-deni ħallieha. U minnufih qamet u bdiet isservihom.

[Lq:4:40] Hija u nieżla x-xemx, dawk kollha li kellhom il-morda, kien x’kien il-mard tagħhom, ħaduhomlu quddiemu. Hu qiegħed idejh fuq kull wieħed minnhom u fejjaqhom.

[Lq:4:41] Minn ħafna nies bdew joħorġu wkoll ix-xjaten, jgħajjtu u jgħidu: “Inti Bin Alla!” Iżda hu kien jheddidhom u ma ħallihomx jitkellmu, għax huma kienu jafu li hu l-Messija.

[Lq:4:42] Meta sebaħ, ħareġ u mar f’post imwarrab. In-nies bdew ifittxuh u marru ħdejh u riedu jżommuh biex ma jitlaqx minn ħdejhom.

[Lq:4:43] Iżda hu qalilhom: “Jeħtieġli nxandar l-Evanġelju tas-Saltna ta’ Alla lill-ibliet l-oħra wkoll, għax għalhekk kont mibgħut.”

[Lq:4:44] U kien jippriedka fis-sinagogi tal-Lhudija.

Kummentarju u Meditazzjoni Qasira

Għand min tmur bil-problemi tiegħek?

Id-dixxipli ta’ Ġesu’ b’mod liberu kienu jmorru bil-problemi tagħhom għandu għax kienu jsibuh lest u kapaċi jitratta kull diffikulta’, sofferenza jew marda li jgħaddu minna. Meta Xmun ġab lil Ġesu’ d-dar tiegħu, il-kunjata tiegħu kienet imfejqa dak il-ħin stess għax Ġesu’ sema’ t-talba ta’ Xmun.

Ħsieb għal Qalbek …

Inti tħallih lil Ġesu’ jkun il-Mulej u dak li jfejjaq il-ħajja tiegħek, il-familja u l-komunita’?

Ersaq lejh bil-fidi li hu jistenna minnek. Il-qawwa t’Alla li jfejjqek tagħtik lura mhux biss is-saħħa, imma biex tgħix f’servizz attiv u tieħu ħsieb tal-oħrajn. M’hemm l-ebda problema li hu ma jridx jgħinnek fiha u m’hemm l-ebda ħaġa li żżommna lsiera li mhix kapaċi jeħlisna minna.

Inti tmur bil-problemi tiegħek għandu b’fiduċja kompleta fih li hu se jgħinnek?

Itlob …

Mulej Ġesu’ għandek tinsab il-qawwa li teħlisna u tfejjaqna. M’hemm l-ebda problema jew irbit li int m’intix kapaċi tirbaħ fuqu. Eħlisni biex inkun nista’ nservik bil-ferħ u biex inħobb u nservi lill-oħrajn b’ġenerożita’.

Għażiża Marija Sultana tal-Ħolqien kollu. Idħol għalija int bit-talb qawwi tiegħek biex jiena ngħix b’mod sħiħ wara Ibnek fil-kumpanija tiegħek. Ammen.