138. Riflessjoni fuq Mattew 18: 1-5, 10, 12-14

Verżjoni Vidjo: Riflessjoni fuq Mattew 18: 1-5, 10, 12-14

DLJKbxIXcAE8ros

L-Evanġelju skont San Mattew 18: 1-5, 10, 12-14

[Mt:18:1] F’dak iż-żmien, resqu d-dixxipli lejn Ġesù u staqsewh: “Mela min hu l-akbar fis-Saltna tas-Smewwiet?”

[Mt:18:2] Hu sejjaħ lejh tfajjel ċkejken, qiegħdu f’nofshom

[Mt:18:3] u qalilhom,”Tassew ngħidilkom, li jekk intom ma terġgħux issiru bħat-tfal iż-żgħar, żgur li ma tidħlux fis-Saltna tas-Smewwiet.

[Mt:18:4] U għalhekk l-ikbar wieħed fis-Saltna tas-Smewwiet huwa dak li jċekken lilu nnifsu bħal dan it-tfajjel żgħir.

[Mt:18:5] U kull min jilqa’ tfajjel bħal dan minħabba f’ismi, ikun jilqa’ lili.

[Mt:18:10] “Araw li ma tonqsux mill-istima lejn xi wieħed minn dawn iż-żgħar; għax, ngħidilkom, l-anġli tagħhom fis-smewwiet dejjem jaraw wiċċ Missieri li hu fis-smewwiet.

[Mt:18:12] “Intom x’jidhrilkom? Jekk wieħed raġel ikollu mitt nagħġa u tintiliflu waħda minnhom, ma jħallix id-disgħa u disgħin l-oħra fuq l-għoljiet u jmur ifittex dik li tkun intilfitlu?

[Mt:18:13] U jekk jirnexxilu jsibha, tassew ngħidilkom jifraħ iktar biha milli bid-disgħa u disgħin l-oħra li ma jkunux intilfu.

[Mt:18:14] Hekk ukoll, anqas Missierkom li hu fis-smewwiet ma jrid li jintilef wieħed minn dawn iż-żgħar.

Kummentarju u Meditazzjoni Qasira

Sorpriż lid-dixxipli ta’ Ġesu’ kienu qed jiddiskutu fuq min hu l-akbar fosthom?

U aħna mhux hekk nagħmlu wkoll?

Il-kilba għal glorja u l-kobor donnhom għandhom l-għeruq fina. Ġesu’ jagħmel ġest drammatiku billi jpoġġi tfajjel ċkejken qribu biex juri lid-dixxipli min tassew hu kbir fis-Saltna tas-smewwiet. X’jista’ jgħallimna dan it-tfajjel ċkejken fuq il-kobor?

It-tfal fl-imgħoddi ma kellhomx drittijiet, pożizzjoni jew privilleġġi tagħhom. Kienu soċjalment fil-pożizzjoni tal-aħħar u fis-servizz tal-ġenituri tagħhom bl-istess mod kif kienu l-qaddejja fid-djar.

Ħsieb għal Qalbek…

X’inhu s-sinifikat tal-ġest li għamel Ġesu’?

Ġesu’ jgħolli tfajjel ċkejken fil-preżenza tad-dixxiplu tiegħu billi ipoġġieh f’pożizzjoni privilleġġjata t’unur fuq il-lemin tiegħu. Hija użanza anki llum li tpoġġi lill-mistieden speċjali tiegħek fuq in-naħa tal-lemin tal-persuna importanti. Min hu l-akbar fis-Saltna t’Alla? Dawk li huma umli u ta’ qalb ħelwa li minflok jesiġu b’konvinzzjoni d-drittijiet tagħhom, bil-liberta’ jiżvujtaw lilhom infushom mis-suppervja u mill-glorja li jfittxu għalihom infushom billi jieħdu l-aħħar post dak ta’ qaddej jew dak tat-tfal.

Xi jfisser għalik li jkollok stima lejn it-tfal?

Inti tagħti eżempju tajjeb lit-tfal?

Jistgħu jżommu lilek bħala mudell fil-ħajja tagħhom?

Itlob…

Mulej għallimni t-triq ta-umilta’ u tas-sempliċita’ tal-qalb ħalli jiena nsib il-ferħ veru fik. Agħmel li d-dawl tiegħek jiddi permezz tiegħi ħalli l-oħrajn jaraw il-verita’ u l-imħabba tiegħek u jsibu t-tama u l-paċi fik biss. Ammen.