121. Riflessjoni fuq Mattew 12: 46-50

Verżjoni Vidjo: Riflessjoni fuq Mattew 12: 46-50

Lunes-16-A

L-Evanġelju skont San Mattew 12: 46-50

[Mt:12:46] Fdak iż-żmien, kif Ġesu kien għadu qiegħed ikellem lin-nies, ġew ommu u ħutu, waqfu barra u fittxew li jkellmuh.

[Mt:12:47] Xi ħadd qallu: “Ara, ommok u ħutek qegħdin barra jfittxu li jkellmuk.”

[Mt:12:48] Iżda hu wieġeb lil dak li kellmu, u qallu: “Min hi ommi? U min huma ħuti?”

[Mt:12:49] Mbagħad medd idu lejn id-dixxipli tiegħu u qal: “Dawn, araw, huma ommi u ħuti.

[Mt:12:50] Għax kull min jagħmel ir-rieda ta’ Missieri li hu fis-smewwiet, dak huwa ħija, u oħti, u ommi.”

Kummentarju u Meditazzjoni Qasira

Għaliex Ġesu’ jidher qed jinjora lill-familjari tiegħu stess, meta dawn kienu qed ifittxu lil Ġesu’ biex ikellmuh?

Ġesu’ qatt ma kien jitlef okkażjoni biex jgħallem lid-dixxipli tiegħu lezzjoni Spiritwali u l-verita’ tas-Saltna t’Alla. Ma għandnix dubju dwar ir-rispett u l-imħabba li hu dejjem wera lejn Ommu u l-familjari tiegħu, imma f’din l-okkażjoni fejn ħafna kienu nġabru biex jisimgħu lil Ġesu’ hu tefa’ dawl fuq ir-realta’ għola ta’ relazzjonijiet. Dik ta’ relazzjoni tagħna m’Alla u ma’ dawk li huma t’Alla.

Alla joffrilna l-akbar fost ir-relazzjonijiet. L-unjoni tal-qalb, tal-moħħ u tal-ispirtu tagħna miegħu nnifsu. L-uniku Awtur u s-sors tal-Imħabba. L-Imħabba t’Alla qatt ma’ tiġi nieqsa, qatt ma tinsa, qatt ma tagħmel kompromessi, qatt ma tigdeb, qatt ma tweġġgħana u lanqas tiddiżapuntana. Hu għalhekk li Ġesu’ joffri sfida lid-dixxipli tiegħu u anke lill-istess familjari tiegħu ta’ din id-dinja biex jagħrfu li Alla huwa l-vera sors tar-relazzjonijiet kollha. Alla jrid li r-relazzjonijiet kollha tagħna jkollhom l-għeruq tagħhom fl-Imħabba tiegħu.

Ħsieb għal Qalbek …

L-Addozzjoni tagħna bħala wlied t’Alla tittrasforma r-relazzjonijiet ta’ bejnietna u tirrikjedi, ordni ġdida ta’ lealta’ lejn Alla l-ewwel u lejn is-Saltna tiegħu tas-sewwa u tal-paċi.

Inti trid tikber fl-imħabba u fir-relazzjonijiet?

Ħalli l-Ispirtu t’Alla jittrasforma lil qalbek, lil moħħok u lir-rieda tiegħek biex tkun tista’ tħobb b’mod sħiħ bil-liberta’ u l-ġenerożita’ kif iħobbna Hu.

Itlob …

Missier tas-Sema, Int tberikna bil-familjari u l-ħbieb kemm dawk spiritwali kif ukoll dawk naturali. Għenni nħobb b’qalb kbira bil-mogħdrija u l-ħlewwa. Agħmel li dejjem nagħżel u nfittex ir-rieda Mqaddsa tiegħek ħalli nagħmel dejjem dak li hu tajjeb, li hu mimli mħabba fir-relazzjonijiet kollha tiegħi. Ammen.