108. Riflessjoni fuq Mattew 9: 32-38

Verżjoni Vidjo: Riflessjoni fuq Mattew 9: 32-38

7f4584f84df371e2c011cdbf352b8f7d

L-Evanġelju skont San Mattew 9: 32-38

[Mt:9:32] Kif dawk ħarġu, in-nies ġibulu quddiemu wieħed imbikkem maħkum mix-xitan.

[Mt:9:33] Ġesù keċċa x-xitan, u l-imbikkem qabad jitkellem. In-nies stagħġbu, u bdew jgħidu: “Ħaġa bħal din qatt ma dehret f’Iżrael!”

[Mt:9:34] Imma l-Fariżej qalu: “Dan bis-saħħa tal-Prinċep tax-xjaten qiegħed ikeċċi x-xjaten.”

[Mt:9:35] Ġesù dar l-ibliet kollha u l-irħula jgħallem fis-sinagogi, ixandar l-Evanġelju tas-Saltna, u jfejjaq kull xorta ta’ mard u ‘l kull min kien nieqes minn saħħtu.

[Mt:9:36] Ra n-nies u tħassarhom, għax kienu mdejjqa u mitluqa bħal nagħaġ bla ragħaj.

[Mt:9:37] Mbagħad qal lid-dixxipli tiegħu: “Il-ħsad huwa kbir, iżda l-ħaddiema ftit.

[Mt:9:38] Itolbu mela lil Sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu.”

Kummentarju u Meditazzjoni Qasira

Għandek protezzjoni tajba kontra l-ħażin u l-periklu spiritwali?

Meta Ġesu’ kien ittentat mix-xitan fid-deżert hu rebaħlu permezz tal-ubbidjenza tiegħu għar-rieda tal-Missier. In-nies li kienet tersaq lejn Ġesu’ bil-fidi hu kien jagħtihom il-vera liberta’ mill-ħakma tad-dnub u mill-forzi tal-ħażen u tad-dlamijiet.

Fil-qari tallum naraw kif l-awtoritajiet reliġjużi ta’ żmien Ġesu’ kienu wisq mheddija fuq l-liġijiet u s-sistemi reliġjużi tagħhom biex jinbidlu u kienu suppervi wisq biex jissottomettu lilhom infushom għal Ġesu’. Żammew riġdu fl-osservanzi tal-liġijiet ritwali tagħhom u naqsu milli jgħixu dak li kien tassew l-essenzjal jiġifieri li jaqdu d-doveri tagħhom tal-imħabba lejn Alla u lejn il-proxxmu.

Ħsieb għal Qalbek …

Minħabba li l-Fariżej u l-kapijiet reliġjużi l-oħra ma kienux jgħixu skont kif riedhom Alla. Il-poplu li ra f’Ġesu’ dak li ma riedux jaraw il-Fariżej kienu spiritwalment mitlufa u bil-ġuħ għal Alla. Ġesu’ ssodisfa l-bżonnijiet tan-nies li emmnu fih u tahom fidi u tama ġdida fis-Salvazzjoni t’Alla għalihom. Kull fejn jixxandar l-Evanġelju s-Saltna t’Alla tiġi mmanifestata u tingħata l-liberta’ vera lil dawk li jwieġbu bil-fidi u l-fiduċja f’Alla.

Inti titlob għall-ħidma tax-xandir tal-Evanġelju biex fi żminijietna ħafna jsibu l-vera ferħ u ħelsien f’Ġesu’ Kristu?

Itlob …

Mulej agħmel li s-Saltna tiegħek tasal għand kull min jinsab imġarrab u fid-dlam. Imla’ lil qalbi bil-ħniena u t-tjieba tiegħek lejn kull min iħossu waħdu, imġarrab u lejn dawk ta’ madwari li ma jafux b’imħabbtek u bil-liberta’ li tagħtina int. Użani biex inwassal l-Aħbar it-tajba tal-ħniena u l-imħabba tiegħek. Ammen.