91. Riflessjoni fuq Mark 12: 18-27

Verżjoni Vidjo: Riflessjoni fuq Mark 12: 18-27

e94107c75c4dd196d0bfffad365b3263

L-Evanġelju skont San Luqa 12: 18-27

[Mk:12:18] Mela resqu lejh xi Sadduċej, li jgħidu li ma hemmx qawmien mill-imwiet, u għamlulu din il-mistoqsija:

[Mk:12:19] “Mgħallem, Mosè ħallielna miktub li, jekk wieħed imutlu ħuh u dan iħalli warajh lil martu bla tfal, dak ikollu jiżżewweġ l-armla hu biex inissel ulied għal ħuh.

[Mk:12:20] Mela jkun hemm sebat aħwa, u l-kbir iżżewweġ u miet bla ma ħalla tfal.

[Mk:12:21] It-tieni wieħed iżżewweġ l-armla, miet, u anqas hu ma ħalla wlied; hekk ukoll it-tielet,

[Mk:12:22] u ħadd minnhom is-sebgħa ma ħalla wlied. Fl-aħħar mietet il-mara wkoll.

[Mk:12:23] Issa fil-qawmien ta’ l-imwiet, meta jqumu lkoll, mart min minnhom tkun? Għax is-sebgħa jkunu żżewwġuha.”

[Mk:12:24] Qalilhom Ġesù: “U mhux għalhekk tiżbaljaw intom? Għax la tafu l-Iskrittura u lanqas il-qawwa ta’ Alla!

[Mk:12:25] Għax il-bnedmin, meta jqumu mill-imwiet, la jiżżewwġu u lanqas iżewwġu, imma jkunu bħall-anġli fis-smewwiet.

[Mk:12:26] Għal dak imbagħad li hu qawmien mill-imwiet, fil-ktieb ta’ Mosè, fejn jissemma l-għollieq, ma qrajtux kif Alla qallu: Jiena Alla ta’ Abraham, Alla ta’ Iżakk, u Alla ta’ Ġakobb?

[Mk:12:27] Alla mhux tal-mejtin, iżda tal-ħajjin! Sejrin żball għall-aħħar.”

Kummentarju u Meditazzjoni Qasira

Hi ħajtek marbuta ma’ din id-dinja jew mall-eternita’?

Is-Sadduċej kellhom problema kbira ma setgħux iniżżlu r-realta’ tal-ġenna għax għalihom kienet għola minn dak li setgħu jaraw taħt għajnejhom. U aħna m’aħniex bħalhom ħafna drabi?

Aħna ma nagħrfux ir-realtajiet spiritwali biex nippruvaw nagħmlu l-ġenna f’immaġini ta’ din id-dinja. Is-Sadduċej marru għand Ġesu’ biex jippruvawh bil-mistoqsija tagħhom biex jagħmlu l-qawmien mill-imwiet jidher redikolu. Is-Sadduċej b’differenza tal-Fariżej ma kienux jemmnu fl-immortalita’, la fl-anġli u lanqas fl-ispirti ħżiena. Ir-reliġjon tagħhom kienet letteralment ibbażata fuq immaġini terrena tal-ġenna. Ġesu’ fit-tweġiba tiegħu ttratta l-fatt tal-qawmien mill-imwiet. L-Iskrittura nnifisha tagħtina prova tagħha f’Eżodu kapitlu 3 vers 6. Meta Alla immanifesta l-preżenza tiegħu lil Mosè fl-għollieq jaqbad il-Mulej qallu li hu Alla t’Abraham, Iżakk u Ġakobb. Hu juri li l-patrijarki li mietu mijiet ta’ snin qabel kienu għadhom ħajjin f’Alla. Ġesu’ jirbaħ l-argument tagħhom billi jurihom li Alla huwa Alla ħaj ta’ nies Ħajjin.

Alla kien il-ħabib t’Abraham, Iżakk u Ġakobb meta kienu ħajjin. Din il-ħbieberija ma setgħetx tispiċċa mall-mewt. Bħalma jgħid Salm 73 versi minn 23 sa 24. “Imma jiena dejjem miegħek, inti żżommni minn idi l-leminija, skont il-ħsieb tiegħek tmexxini, imbagħad fis-sebħ tilqgħani. Il-prova aħħarija tal-qawmien tal-Mulej Ġesu’ mill-mewt hi r-rebħa fuq il-mewt meta ħareġ mill-qabar.

Qabel ma’ Ġesu’ qajjem lil Lażżru mill-mewt hu stqarr: “Jien hu l-qawmien u l-ħajja min jemmen fija mqar jekk imut jgħix u min jgħix u jemmen fija dan ma jmut qatt.”

Temmnu inti dan? fi Ġwanni kapitlu 11 vers 25. Ġesu’ jistaqsi lilna l-istess mistoqsija u int xi twieġbu? Temmen fil-qawmien u fil-ħajja eterna li hu hu nnifsu?

Ħsieb għal Qalbek …

L-Ispirtu s-Santu jirrivelana l-veritajiet eterni tal-imħabba infinita’ t’Alla u l-ħajja li hu jixtieq jaqsam magħna għall-eternita’. Pawlu l-appostlu jistqarr hu u jikkwota mill-profeta Iżaija kapitlu 64 vers 4 u kapitlu 65 vers 17. “La għajn qatt ma rat, la widna qatt ma semgħet u lanqas qatt tnissel f’qalb il-bniedem dak li Alla pprepara għal dawk li jħobbuh.” Alla irrivelana dan permezz tal-Ispirtu s-Santu kif insibu fl-ewwel ittra lill-Korintin kapitlu 2 versi 9 sa 10.

Il-wegħda tal-ġenna, il-barka eterna u l-ħajja li ma tintemmx m’Alla mimli mħabba hi aktar milli nistgħu nobsru ta’ bnedmin li aħna. Għadna biss kemm bdejna nduqu l-ewwel frott ta’ din il-ħajja. U inti tgħix din il-ħajja bil-ferħ u t-tama għall-ħajja taż-żmien li ġej?

Itlob …

Ħa jpoġġi idejh fuq għajnejna l-Mulej Ġesu’ nnifsu ħalli aħna wkoll nibdew naraw dak li ma jidhirx bl-għajnejn tal-ġisem. Ħa jiftaħ dawk l-għajnejn li huma kkonċernati mhux fuq din id-dinja preżenti, imma fuq li għad irid jiġi. Ħa jiftaħ il-viżjoni tal-qalb ħalli aħna bħal Marija u tant qaddisin oħra nħarsu lejn Alla bl-ispirtu permezz tal-istess Mulej Ġesu’ Kristu li l-glorja u l-qawwa tiegħu jibqgħu għal dejjem ta’ dejjem.

Marija, itlob magħna għal dan kif tlabt mad-dixxipli fiċ-Ċenaklu, grazzi ta’ dan. Ammen.