78. Riflessjoni fuq Mark 8: 34 – 9: 1

Verżjoni Vidjo: Riflessjoni fuq Mark 8: 34 – 9: 1

many-times-did-jesus-fall-carrying-cross_f50b52727618a9cf

L-Evanġelju skont San Mark 8:34 – 9:1

[Mk:8:34] Sejjaħ lejh in-nies flimkien mad-dixxipli tiegħu u qalilhom: “Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfa’ salibu, u jimxi warajja.

[Mk:8:35] Għax min irid isalva ħajtu, jitlifha; imma min jitlef ħajtu għall-imħabba tiegħi u tal-Evanġelju, isalvaha.

[Mk:8:36] Għax x’jiswielu l-bniedem jekk jikseb id-dinja kollha u mbagħad jitlef ħajtu?

[Mk:8:37] Xi prezz jista’ jagħti l-bniedem biex isalva ħajtu?

[Mk:8:38] Għax jekk xi ħadd, minn dan in-nisel żieni u midneb ta’ llum, għad jistħi minni u minn kliemi, Bin il-bniedem ukoll għad jistħi minnu meta jiġi fil-glorja ta’ Missieru flimkien mal-anġli mqaddsa.”

[Mk:9:1] Qalilhom ukoll: “Tassew ngħidilkom, li hawn xi wħud minnkom li qegħdin hawn, li żgur ma jġarrbux il-mewt qabel ma jaraw il-wasla tas-Saltna ta’ Alla, mogħnija bil-qawwa.”

Kummentarju u Meditazzjoni Qasira

X’inhu l-aktar importanti li inti tista’ tagħmel b’ħajtek?

Ġesu’ qed jiftħilna għajnejna u jridna nilmħu ċar li la l-flus u lanqas l-affarijiet materjali kollha li aħna nsejħu tagħna ma jistgħu jixtru l-ġenna, ifejqu qalb maqsuma jew ifarrġu lil xi ħadd li qed iħossu waħdu. Ġesu’ qed jistaqsi xi prezz se jagħti l-bniedem biex isalva ħajtu?

Kull ma’ għandna hu mogħti lilna bħala rigal min għand Alla Misserna. Aħna nafu kollox lilu nkluż ħajjitna stess.

Ħsieb għal Qalbek …

Dixxiplu veru hu lest li jħalli kollox warajh u li ma jħallix li qalbu tintrabat ma’ dak li huwa materjali, imma jżomm ruħu ħieles biex hekk ikun jista’ jikseb il-ferħ tal-ħajja m’Alla li ma tintemm qatt. Is-salib ta’ Kristu jwassal għar-rebħa u l-ħelsien mid-dnub u l-mewt.

Liema hu s-salib li Ġesu’ qed jikkmandak biex terfa’ u ġġorr ta’ kuljum?

Meta r-rieda tiegħi ma tidhirx li taqbel ma’ dik tal-Mulej hi tal-Mulej li għandha sseħħ. Inti lest li titlef kollox għal Ġesu’ Kristu biex tikseb kollox ma’ Ġesu’ Kristu?

Itlob …

Ħu Mulej u ilqa’ l-liberta’ tiegħi kollha, il-memorja tiegħi, id-dehen tiegħi u r-rieda kollha tiegħi, kull ma’ għandi u kull ma’ hu tiegħi dan kollu Int tajtuli, lilek Mulej inroddu, kollox hu tiegħek. Agħmel minnu għal kollox kif trid Int. Lili agħtini  imħabbtek u l-grazzja tiegħek. Din biżżejjed għalija. Ammen.