70. Riflessjoni fuq Mark 2: 13-17

Verżjoni Vidjo: Riflessjoni fuq Mark 2: 13-17

Tax Collector

L-Evanġelju skont San Mark 2: 13-17

[Mk:2:13] Fdak iż-żmien, Ġesu raġa’ ħareġ lejn xatt il-baħar, u n-nies kollha resqu lejh, u hu qagħad jgħallimhom.

[Mk:2:14] Hu u għaddej lemaħ lil Levi ta’ Alfew bilqiegħda quddiem il-mejda tat-taxxi.”Ejja warajja!” qallu. Dak qam u mar warajh.

[Mk:2:15] U ġara li kif kien fuq il-mejda fid-dar tiegħu, bosta pubblikani u midinbin qagħdu madwar il-mejda ma’ Ġesù, u mad-dixxipli tiegħu; għax kien hemm ħafna li bdew imorru warajh.

[Mk:2:16] Il-kittieba tal-Fariżej, kif rawh jiekol mal-midinbin u mal-pubblikani, qalu lid-dixxipli tiegħu: “Dan għaliex jiekol mal-pubblikani u mal-midinbin?”

[Mk:2:17] Ġesù semagħhom u qalilhom: “It-tabib ma jeħtiġuhx dawk li huma f’saħħithom, iżda l-morda. Mhux il-ġusti ġejt insejjaħ, iżda l-midinbin.”

Kummentarju u Meditazzjoni Qasira

Inti qatt esperjenzajt il-ħniena t’Alla u titratta lill-proxxmu tiegħek bi ħniena?

In-nies fil-Palestina kienu maqsuma qishom f’żewġ gruppi. Dawk li kienu riġidi fl-osservanza tal-liġi u l-bqija li ma kienux iżommu mar-regoli fid-dettalji tagħhom. L-osservanti kienu jitrattaw lill-bqija bħala ċittadini tat-tieni klassi.

Kienu bi skruplu jevitaw il-kumpanija tagħhom, jirrifjutaw li jinnegozjaw magħhom, jirrifjutaw li jagħtu jew jirċievu xi ħaġa minn għandhom, jirrifjutaw li jitħaltu bi żwieġ u jirrifjutaw li jgħaddu ħin ta’ mistrieħ u divertiment magħhom inkluż li jieklu magħhom.

Meta Ġesu’ jassoċja lilu nnifsu ma’ dawn it-tip ta’ nies b’mod speċjali dawk li kienu jiġbru t-taxxi u l-midinbin, dawk li kienu l-osservanti xxukkjaw ruħhom. Meta Ġesu’ sejjaħ lil Mattew biex ikun wieħed mid-dixxipli tiegħu. Hu għażel raġel li kien jiġbor it-taxxi u li minħabba l-professjoni tiegħu l-Lhud kienu jobgħoduh, fuq kollox kien jiġbor it-taxxi u mqabbad mir-Rumani u li xejn ma kienu ġusti magħhom.

Ħsieb għal Qalbek …

Meta l-Fariżej sfidaw dan l-attaġjament ta’ Ġesu’ li jiekol mall-midinbin pubbliċi. Id-difiża ta’ Ġesu’ kienet sempliċi ħafna. It-tabib ma jeħtieġlux li jżur lin-nies b’saħħithom minflok hu jmur għand dawk li kienu morda. Ġesu’ bl-istess mod kien ifittex lil dawk li l-aktar kienu fil-bżonn.

Tabib tajjeb ifittex il-fejqan fil-persuna b’mod sħiħ. F’ġisimha, fil-menti tagħha u fl-ispirtu tagħha. Ġesu’ ġie bħala t-Tabib Divin u r-Ragħaj it-Tajjeb biex jieħu ħsieb il-poplu tiegħu u biex iġeddidhom għall-ħajja fil-milja tagħha. Dawk li akkużaw lil Ġesu’ kienu tant mehdija bl-osservanzi tagħhom tar-reliġjon li naqsu milli jgħinu lil dawk l-istess nies li kienu fil-bżonn tal-attenzjoni spiritwali. Ironikament kienu huma wkoll li kellhom l-istess bżonn bħan-nies li kienu jiddisprezzaw għax huma kienu egoisti u suppervi.

U inti tirringrazzja lil Alla għall-ħniena li jurik? U tfittex dak li hu l-aħjar għall-proxxmu tiegħek u turihom ħniena?

Itlob …

Għeżież Ġesu’ u Marija, aħna issa niġu għandkom b’fiduċja għaliex nafu li intom dejjem titrattawna bi ħniena. Il-qlub tagħna huma kiesħa kebbsuhom bl-imħabba bla egoiżmu tagħkom. Il-qlub tagħna huma midinba naddfuhom bid-demm prezzjuż tas-Salvazzjoni. Il-qlub tagħna huma dgħajfa qawwuhom bl-ispirtu tagħkom ta’ ferħ. Il-qlub tagħna huma vojta, imlewhom bil-preżenza t’Alla. Il-qlub tagħna huma tagħkom ipposeduhom dejjem u għalikom biss. Ammen.