67. Riflessjoni fuq Mark 1: 29-39

Verżjoni Vidjo: Riflessjoni fuq Mark 1: 29-39

Day_SimonsMotherinLaw_710

L-Evanġelju skont San Mattew 1: 29-39

[Mk:1:29] Fdak iż-żmien, Ġesu ħareġ mis-sinagoga u baqa’ sejjer ma’ Ġakbu u Ġwanni għand Xmun u Indrì.

[Mk:1:30] Issa omm il-mara ta’ Xmun kienet fis-sodda bid-deni, u malajr qalulu biha.

[Mk:1:31] Resaq lejha, qabadha minn idha u qajjimha. U d-deni ħallieha, u bdiet isservihom.

[Mk:1:32] Fil-għaxija, mbagħad, fi nżul ix-xemx, ħadulu quddiemu lil dawk kollha li kienu morda jew li kienu maħkuma mix-xitan.

[Mk:1:33] U quddiem il-bieb inġabret il-belt bi ħġarha.

[Mk:1:34] U fejjaq ħafna morda minn kull xorta ta’ mard, u ħareġ għadd kbir ta’ xjaten li hu ma kienx iħallihom jitkellmu, għax huma kienu jafu min kien.

[Mk:1:35] L-għada fil-għodu kmieni, qabel ma żernaq, qam, ħareġ u mar f’post imwarrab u qagħad hemm jitlob.

[Mk:1:36] Xmun u sħabu l-oħrajn marru jfittxuh.

[Mk:1:37] Kif sabuh, qalulu: “Kulħadd jistaqsi għalik.”

[Mk:1:38] U qalilhom: “Ejjew immorru band’oħra, fl-irħula tal-qrib, ħalli nippriedka hemmhekk ukoll, għax għalhekk ħriġt.”

[Mk:1:39] U dar il-Galilija kollha, jippriedka fis-sinagogi tagħhom u joħroġ ix-xjaten.

Kummentarju u Meditazzjoni Qasira

Għand min tmur bil-problemi tiegħek?

Id-dixxipli ta’ Ġesu’ b’mod liberu kienu jmorru bil-problemi tagħhom għandu għax kienu jsibuh lest u kapaċi jitratta kull diffikulta’, sofferenza jew marda li jgħaddu minnha. Meta Xmun ġab lil Ġesu’ d-dar tiegħu l-kunjata tiegħu kienet imfejqa dak il-ħin stess għax Ġesu’ sema’ t-talba ta’ Xmun.

Ħsieb għal Qalbek …

Inti tħallih lil Ġesu’ jkun il-Mulej u dak li jfejjaq il-ħajja tiegħek, il-familja u l-komunita’?

Ersaq lejh bil-fidi li hu jistenna minnek. Il-qawwa t’Alla li jfejjqek tagħtik lura mhux biss is-saħħa, imma biex tgħix f’servizz attiv u tieħu ħsieb tal-oħrajn. M’hemm l-ebda problema li hu ma jridx jgħinnek fiha u m’hemm l-ebda ħaġa li żżommna lsiera li mhix kapaċi jeħlisna minnha.

Inti tmur bil-problemi tiegħek għandu b’fiduċja kompleta fih li hu se jgħinnek?

Itlob …

Mulej Ġesu’ għandek tinsab il-qawwa li teħlisna u tfejjaqna. M’hemm l-ebda problema jew irbit li inti m’intix kapaċi tirbaħ fuqu. Eħlisni biex nkun nista’ nservik bil-ferħ u biex inħobb u nservi lill-oħrajn b’ġenerożita’.

Għażiża Marija Sultana tal-ħolqien kollu, idħol għalija int bit-talb qawwi tiegħek biex jiena ngħix b’mod sħiħ wara Ibnek fil-kumpanija tiegħek. Ammen.