57. Riflessjoni fuq Mattew 2: 1-12

Verżjoni Vidjo: Riflessjoni fuq Mattew 2: 1-12

26219774_561666077511814_8537421922094718742_n

L-Evanġelju skont San Mattew 2: 1-12

[Mt:2:1] Meta twieled Ġesù f’Betlehem tal-Lhudija, fi żmien is-sultan Erodi, xi maġi mil-lvant ġew Ġerusalemm jistaqsu:

[Mt:2:2] “Fejn hu dak li twieled sultan tal-Lhud? Għax rajna l-kewkba tiegħu tielgħa, u ġejna nqimuh.”

[Mt:2:3] Is-sultan Erodi sama’ bihom, u tħawwad hu u Ġerusalemm kollha miegħu.

[Mt:2:4] Ġabar flimkien il-qassisin il-kbar u l-kittieba kollha tal-poplu, u ried jaf mingħandhom fejn kellu jitwieled il-Messija.

[Mt:2:5] U huma qalulu: “F’Betlehem tal-Lhudija, għax hekk inkiteb mill-profeta:

[Mt:2:6] ‘U int, Betlehem, art ta’ Ġuda, le, m’intix l-iżgħar fost il-bliet il-kbar ta’ Ġuda, għax minnek joħroġ mexxej li jirgħa l-poplu tiegħi Iżrael.’

[Mt:2:7] Erodi mbagħad sejjaħ lill-maġi bil-moħbi, u tkixxef bir-reqqa kollha mingħandhom iż-żmien li fih dehritilhom il-kewkba;

[Mt:2:8] bagħathom Betlehem u qalilhom: “Morru, staqsu sewwa għat-tifel, u meta ssibuh ejjew għiduli, ħalli jien ukoll niġi nqimu.”

[Mt:2:9] Dawk, wara li semgħu lis-sultan, telqu, u ara, il-kewkba li kienu raw tielgħa bdiet miexja quddiemhom sakemm waslet u waqfet fuq il-post fejn kien hemm it-tifel.

[Mt:2:10] Kif raw il-kewkba mtlew b’ferħ kbir tassew.

[Mt:2:11] Meta mbagħad daħlu d-dar u raw lit-tifel ma’ ommu Marija, nxteħtu fl-art iqimuh; fetħu t-teżori tagħhom u offrewlu rigali deheb, inċens u mirra.

[Mt:2:12] Mbagħad, billi kienu mwissijin f’ħolma biex ma jerġgħux imorru għand Erodi, telqu lura lejn arthom minn triq oħra.

Kummentarju u Meditazzjoni Qasira

Jekk Ġesu’ huwa tassew dak li jistqarr li hu. L-Iben Etern t’Alla u s-Salvatur tad-dinja. Għaliex m’huwiex magħruf minn kulħadd b’mod speċjali minn dawk li jisimgħu l-Kelma tiegħu u jaraw il-ħidma tiegħu? Ġwanni l-Evanġelista jgħidilna li meta Ġesu’ ġie fid-dinja, id-dinja ma għarfitux u lanqas niesu ma laqgħuh. Fi Ġwanni Kap 1 versi 10-11.

Ġesu’ twieled fl-oskurita’ kienu biss ir-rgħajja umli li għarfuh fi twelidu. Xi rġiel għorrief ukoll sabu t-triq tagħhom lejn Betlehem biex jagħtu qima lil dan ir-Re ġdid t’Iżrael. Dawn l-irġiel ma kienux minn Iżrael imma stranġieri. Probabbli li kienu qraw u ddiskutew dwar il-profeziji Messjaniċi u kienu ħerqana biex jaraw dan ir-Re Messjaniku jidher.

Alla ggwidahom permezz ta’ stilla straordinarja matul id-deżert għall-belt ċkejkna fejn Ġesu’ kien twieled. Fil-għatx tagħhom għall-għarfien t’Alla huma b’mod liberu telqu kollox, djarhom, il-post fejn kienu joqgħodu biex ifittxu jaqtgħu dan l-għatx u fis-sinċerita’ tat-tfittxija tagħhom huma waslu għas-sors vera tal-għerf tassew li huwa Ġesu’ Kristu, id-dawl u l-għerf t’Alla. Meta huma sabu r-Re li kien għadu kemm twieled b’umilta’ tawh qima, adurawh u offrewlu rigali li kienu tassew jixirqu lil Re.

Ħsieb għal Qalbek …

X’kien li qanqalhom għal din it-tfittxija għar-Re Messjaniku?

Il-fidi fil-wegħda t’Alla li jibgħat Salvatur. Re li kellu jistabbilixxi Saltna ta’ Paċi u ta’ Ġustizzja. Il-fidi huwa don lil Alla fil-liberta’ tiegħu jagħtina. Hu permezz tal-għajnuna tal-Ispirtu s-Santu li jmexxi l-qalb u jiftaħ l-għajnejn tal-moħħ tagħna biex aħna nagħrfu naċċettaw u nemmnu l-fidi li Alla ġie biex jirrivelana.

Bil-fidi r-rieda umana u l-intellet jikkoperaw mall-grazzja. Li wieħed jagħraf u li jiltaqa’ ma’ Ġesu’ Kristu huwa li wieħed jagħraf lil Alla b’mod personali. Meta dawn l-irġiel għorrief intaqgħu ma’ Ġesu’ huma raw il-pjan li Alla għandu għal Ibnu l-għażiż, ir-Re u s-Salvatur mhux biss għall-poplu Lhudi, imma wkoll għan-nazzjonijiet l-oħra kollha.

Il-Mulej Ġesu’ ġie mhux biss għal Lhud imma wkoll għall-pagani għalhekk kulħadd huwa mistieden li jagħraf il-verita’ u l-paċi dejjiema m’Alla. Ejjew nitolbu llum li l-Lhud u l-pagani ssibu lill-Mulej u s-Salvatur fil-vjaġġ tal-ħajja tagħhom.

U inti twassal id-dawl ta’ Ġesu’ lil dawk li tiltaqa’ magħhom permezz tax-xhieda tal-ħajja u tat-testimonjanza tiegħek?

Itlob …

Mulej Ġesu’ Kristu, aħna nirringrazzjawk li Int ridt iġġib is-Salvazzjoni lin-nazzjonijiet kollha. Agħmel li l-Evanġelju tas-Salvazzjoni jkun imxandar fin-nazzjonijiet kollha fi żminijietna u lil kull persuna fuq il-wiċċ tad-dinja.

Għażiża Marija, Omm tiegħi tas-sema għallimni int kif għandi nkun xhud vera tal-ferħ tal-Evanġelju ma’ dawk kollha l-Mulej jogħoġbu jlaqgħani magħhom. Ammen.