56. Riflessjoni fuq Ġwanni 1: 29-34

Verżjoni Vidjo: Riflessjoni fuq Ġwanni 1: 29-34

15826073_389494801395610_2658237637750683471_n

L-Evanġelju skont San Ġwann 1: 29-34

[Ġw:1:29] L-għada Ġwanni ra lil Ġesù riesaq lejh, u qal: “Araw il-Ħaruf ta’ Alla, li jneħħi d-dnub tad-dinja.

[Ġw:1:30] Dan hu li għalih għedtilkom, ‘Warajja ġej bniedem li hu aqwa minni, għax kien qabli.’

[Ġw:1:31] Anqas jien stess ma kont nafu; imma jien għalhekk ġejt ngħammed bl-ilma, biex hu jkun mgħarraf lil Iżrael.”

[Ġw:1:32] U Ġwanni xehed għalih u qal: “Jiena rajt l-Ispirtu nieżel mis-sema bħal ħamiema u joqgħod fuqu.

[Ġw:1:33] Tabilħaqq, anqas jien ma kont nafu; imma dak li bagħatni ngħammed bl-ilma, hu stess qalli, ‘Fuq min tara l-Ispirtu jinżel u joqgħod, dak hu li jgħammed bl-Ispirtu s-Santu.’

[Ġw:1:34] Dan rajtu b’għajnejja, u għalhekk xhedt, ‘Dan hu l-Iben ta’ Alla.’ “

Kummentarju u Meditazzjoni Qasira

Int għaraft il-ferħ ta’ meta tissotometti ruħek lil Alla?

Ġesu’ issotometta lilu nnifsu għall-Magħmudija ta’ Ġwanni li kienet Magħmudija t’indiema. F’din is-sottomissjoni umli tiegħu naraw bħal f’dell li dak li kien bla dnub kellu jagħti ħajtu fuq is-salib bħala prezz tal-fidwa għalina. B’din is-sottomissjoni umli tiegħu Ġesu’ jogħġob bil-bosta lil Missieru tas-sema li jsemma’ leħnu u jirreferi għalih bil-kliem: ‘Int Ibni l-għażiż fik sibt l-għaxqa tiegħi.’

Ħsieb għal Qalbek …

L-Ispirtu s-Santu wkoll huwa preżenti filwaqt li Ġesu’ hu sottomess għall-Magħmudija ta’ Ġwanni. Hu jissiġilla l-ministeru ġdid ta’ Ġesu’ li kien qed jibda dak il-jum filwaqt li hu kien qiegħed iqum mill-ilma tax-xmara Ġordan.

Aħna lkoll imsejħa biex nimxu fuq il-passi tas-Salvatur tagħna Ġesu’ Kristu. Aħna lkoll għandna nkunu sottomessi b’mod umli għall-għerf qaddis t’Alla u għall-pjan tiegħu f’ħajjitna. Hu min naħa tiegħu jissiġillana bid-don tal-Ispirtu s-Santu ħalli aħna nkunu mlibbsa bil-qawwa u l-grazzja tiegħu.

U inti tħallih l-Ispirtu s-Santu jimliek bil-qawwa tiegħu ħalli tkun tista’ tgħix bħala Iben jew Bint t’Alla?

Itlob …

Mulej, imlieni bl-Ispirtu Qaddis tiegħek u ħeġġeġ lil qalbi bil-fjammi t’imħabbtek ħalli nkun mimli bil-ferħ tal-Evanġelju.

Għażiża Marija, Inti li inti t-Tempju tal-Ispirtu s-Santu li Alla wkoll fik sab il-għaxqa tiegħu, għallimni kif nfittex il-ferħ tiegħi f’li nwettaq r-rieda t’Alla Missieri u f’li nogħoġbu f’kollox hekk kif għamel Ibnek u inti. Ammen.