(2) Ġesu’ Jkellmek fuq Apokalissi 21:5

Verżjoni Vidjo: (2) Ġesu’ jkellem lil qalbek (Apokalissi 21:5)

sacred-heart-harry-clarke (1)

Ibni / binti, għaliex Jien ngħix fik bl-Ispirtu qaddis tiegħi, jiena nesperjenza mill-qrib ħafna, il-kunflitti tiegħek, l-anzjetajiet tiegħek, u dak kollu li jikkawżalek tbatija.

Minħabba li Jien ivvjaġġajt l-istess triq tiegħek, Jiena napprezza l-isforzi kollha tiegħek, b’mod speċjali f’sitwazzjonijiet iebsa li tgħaddi minnhom sakemm għadek fuq din l-art.

Minħabba li weġibt għas-Sejħa tiegħi, għalkemm mhux b’mod perfett, Jiena ħadtek taħt il-kura tiegħi. . . Meta narak fi bżonn kbir, l-imħabba u l-kompassjoni tiegħi jsiru aktar veri għalik.

Kull weġgħa f’qalbek, kull taqbida, jista’ jkollha l-iskop li tqajjem fik is-sens tal-bżonn tiegħek li jkollok Lili, li tapprofondixxi l-fiduċja u biex titgħallem veritajiet ġodda.

Huwa biss minħabba li nista’ nara l-barka aħħarija ta’ dak l-uġigħ li tkun qsamt miegħi, li Jiena naċċetta (għalkemm Jien ukoll inħoss għalik u nbati miegħek) it-taqbid tiegħek fuq din l-art.

Għaraf il-ħidma ta’ trasformazzjoni tal-imħabba fid-dlam ta’ din id-dinja. . . Ara l-esperjenzi tad-dlam li fl-imħabba tiegħi jiddewbu, taħt l-Id setgħana tiegħi, f’esperjenzi ta’ sigurtà u ta’ tama.

Ara, se nġedded kollox. (Apokalissi 21:5)