(5) Ġesu’ Jkellmek fuq Iżaija 49:16

379968_2703609905032_412279678_n-e1369817009186

Verżjoni Vidjo: (5) Ġesu’ jkellem lil qalbek (Iżaija 49:16)

Kollox jista’ jkellmek dwar l-Imħabba tiegħi, jekk biss tisma’ bil-widna tal-Ispirtu.

Il-preżenza tiegħi miegħek, l-Imħabba Tiegħi, huma l-affarijiet li jserħuk …… li jiċċirkundaw lil ħajtek.

Aħseb ħafna fuq il-fatt li ma jistax ikun hemm diviżjoni bejn tifel jew tifla fiduċjuża fil-Ħallieq tiegħu jew tagħha. Ir-rigal tiegħi għalik huwa s-sens tal-viċinanza tiegħi. Dan is-sens għandu jolqot kull aspett ta’ ħajtek …

Dejjem ara, Fija, li wiegħdtek dak li ħadd ma jista’ jwegħdek, li kapaċi nikkonverti dawk il-wegħdiet f’realtà sabiħa; li mhumiex tajbin wisq biex ikunu veri!

Il-wegħdiet tiegħi ma jintilfux minħabba nuqqasijiet umani, sakemm wieħed tassew jiddispjaċih minn nuqqasijiet li jkun għamel, u jersaq għandi biex permezz tas-saċerdot jirċievi l-maħfra u t-tiġdid minn naħa tiegħi fis-Sagrament tal-Qrar.

Għidli fil-bidu ta’ kull ġurnata bl-intenzjoni tiegħek li żżomm fit-triq li Jien urejtek. It-triqat tiegħi jridu jiġu applikati fid-dettalji ta’ dik il-ġurnata, imbagħad it-triq tiegħi tidher dejjem aktar ċara għalik.

Uża dak kollu li Jiena tajtek. Inti qiegħed / qiegħda tafda fil-wegħdiet tiegħi? Fuq dan jiddependi kollox . . . li inti tibqa’ tafda fil-wegħdiet tiegħi.

Ara! Naqqaxt ismek fuq il-keffa ta’ jdejja. (Iżaija 49:16)

(4) Ġesu’ Jkellmek fuq Iżaija 51:12

Verżjoni Vidjo: (4) Ġesu’ jkellem lil qalbek (Iżaija 51:12)

7.jpgIbni / binti, ejja. . .

Ejja … b’dak is-sens ta’ dgħjufija jew nuqqas ta’ sigurtà …

Ejja … meta l-affarijiet huma kbar ħafna …
Ejja … biex il-bżonnijiet kollha tiegħek jiġu sodisfatti …
Ejja … sempliċement biex tħalli l-imħabba tiegħi tidħok f’qalbek…

Ħares lejn l-imħabba tiegħi! . . .

dik ixxejjen il-biża’;
ixejjen dak is-sens ta’ ħtija bla bżonn;
ixejjen il-konfużjoni fik innifsek;
ixejjen is-solitudni;
ixejjen il-biża’ mill-futur;
ixejjen id-dispjaċiri u n-niket;
ixejjen kull sens ta’ ċaħda . . .

Mhux ħsieb sabiħ li nista’ nissodisfa kull ħtieġa minn tiegħek? Li inti żżomm is-sens tal-imħabba tiegħi għalik huwa s-sigriet!

Jiena, jien hu li nfarraġkom! (Iżaija 51:12)

(3) Ġesu’ Jkellmek fuq Iżaija 43:2

stained-glass-window-depiction-of-jesus.jpg

Verżjoni Vidjo: (3) Ġesu’ jkellem lil qalbek (Iżaija 43:2)

Meta inti tlissen Ismi, kważi b’mod istintiv, meta l-ħajja tkun skura u inċerta …

il-biki ta’ ibni jew binti Lejja, Jien li jista’ noqrob lejh jew lejha;

l-għajta ta’ ibni jew binti meta r-raġunament ma jibqax jaħdem, meta kollox jidher theddida, meta l-għajnuna umana tkun nieqsa, meta tintilef il-fiduċja.

Meta tlissen Ismi, dan iġib fis-sitwazzjonijiet eżistenti tiegħek l-uniku fattur vitali. Tista’ ssejjaħ Ismi f’kull mument ta’ dwejjaq … imma wkoll fil-ferħ u b’ringrazzjament ftit sekondi wara! Ringrazzjament talli nkun ħriġtek minn dak l-istat ta’ nuqqas ta’ saħħa.

Ismi jiżgurak, immedjatament, li l-forzi tal-ħażin ser jirtiraw . . . u int tirrikonoxxi li huma megħluba fl-għan tagħhom biex ikisrulek ħajtek.

Ibni jew binti, meta inti tlissen Ismi u ssejjaħli, anki jekk minn taħt l-ilsien, … meta tqum, qabel ma torqod jew fi kwalunkwe mument matul il-ħin meta tkun għadek imqajjem, Jiena nkun miegħek, il-qawwa tiegħek u xejn ma jċaqalqek! Biss int ibqa’ afda fil-qawwa ta’ Ismi.

Anki jekk tgħaddi min-nar, ma tinħaraqx, u l-fjamma ma tibelgħekx. (Iżaija 43:2)

(2) Ġesu’ Jkellmek fuq Apokalissi 21:5

Verżjoni Vidjo: (2) Ġesu’ jkellem lil qalbek (Apokalissi 21:5)

sacred-heart-harry-clarke (1)

Ibni / binti, għaliex Jien ngħix fik bl-Ispirtu qaddis tiegħi, jiena nesperjenza mill-qrib ħafna, il-kunflitti tiegħek, l-anzjetajiet tiegħek, u dak kollu li jikkawżalek tbatija.

Minħabba li Jien ivvjaġġajt l-istess triq tiegħek, Jiena napprezza l-isforzi kollha tiegħek, b’mod speċjali f’sitwazzjonijiet iebsa li tgħaddi minnhom sakemm għadek fuq din l-art.

Minħabba li weġibt għas-Sejħa tiegħi, għalkemm mhux b’mod perfett, Jiena ħadtek taħt il-kura tiegħi. . . Meta narak fi bżonn kbir, l-imħabba u l-kompassjoni tiegħi jsiru aktar veri għalik.

Kull weġgħa f’qalbek, kull taqbida, jista’ jkollha l-iskop li tqajjem fik is-sens tal-bżonn tiegħek li jkollok Lili, li tapprofondixxi l-fiduċja u biex titgħallem veritajiet ġodda.

Huwa biss minħabba li nista’ nara l-barka aħħarija ta’ dak l-uġigħ li tkun qsamt miegħi, li Jiena naċċetta (għalkemm Jien ukoll inħoss għalik u nbati miegħek) it-taqbid tiegħek fuq din l-art.

Għaraf il-ħidma ta’ trasformazzjoni tal-imħabba fid-dlam ta’ din id-dinja. . . Ara l-esperjenzi tad-dlam li fl-imħabba tiegħi jiddewbu, taħt l-Id setgħana tiegħi, f’esperjenzi ta’ sigurtà u ta’ tama.

Ara, se nġedded kollox. (Apokalissi 21:5)

(1) Ġesu’ Jkellmek fuq Hosegħa 11:4

Verżjoni Vidjo: (1) Ġesu’ jkellem lil qalbek (Hosegħa 11:4)

2120cb618ff5f6d52bd813439752b3ec (1)Kemm tfisser għalija meta wieħed minn uliedi, iwieġbu għat-tħeġġiġ tal-Ispirtu tiegħi u jitolbu li jgħixu viċin Tiegħi.

It-tweġiba għal din it-talba hija awtomatika. Imbagħad il-qawwa tal-grazzja tiegħi jqarrbu l-ispirti tagħna li jkunu qed jaħdmu, minkejja emozzjonijiet imqalba u influwenzi kuntrarji tad-dinja.

Hekk kif nara f’ibni jew f’binti xewqa mħeġġa biex jersaq jew tersaq lejja, jiena nista’ nibda nħares lejh jew lejha bħala pperfezzjonat/a.

Kollox huwa mibni fuq dik it-talba ta’ ibni jew binti. Nara lil hinn mill-progress tal-mument preżenti, mill-għeja spiritwali, u minn dawk id-drabi meta forsi ibni jew binti jfalli jew tfalli.

M’għandix bżonn iktar mir-rispons inizjali, u t-tkomplija ta’ dik ix-xewqa li tkun viċin tiegħi, għall-eżistenza tiegħi li tippenetra dejjem iżjed fl-eżistenza tiegħek.

Ibni / binti, tista’ tirrikonoxxi dik ix-xewqa profonda ta’ viċinanza lejja f’qalbek. . . anke wara ħafna skoraġġimenti fil-mixja spiritwali tiegħek? Jekk iva, ħallini nfakkrek dwar il-perfezzjoni … li hija s-sejħa tiegħek.

Bi ħbula ta’ bnedmin jien ġbidthom, b’rabtiet ta’ mħabba! (Hosegħa 11:4)