
Ġesu` ta’ qalbi, ġejt daqsxejn ħdejk;
Ilqa’ diż-żjara ta’ mħabbti lejk.
O Priġnunier imsakkar għalija;
Hawn jien nadurak fl-Ewkaristija.
Missierna, Sliema, Glorja.
Noffrilek din ħajti, il-ferħ u ‘l hemm;
Fik nafda u nintelaq, Int tiegħi l-kenn.
Nagħtik dnubieti, nistqarr li huma bosta;
imm’ Inti taf li dawn mhux apposta.
Missierna, Sliema, Glorja.
O kemm nixtieq inħobbok kulħin;
Aħfirli nitolbok għax ngħodd mad-dgħajfin.
Int taf sew lil qalbi, l-uġigħ u l-ilfiq;
Għallimni triqatek, missni w infiq.
Missierna, Sliema, Glorja.
Ħa nroddlok tpattija għal ħuti msejkin;
li jinsabu ‘l bogħod, kważi mitlufin.
Nitolbok għalihom ħalli jersqu lejk;
fl-Ispirtu nġibhom u nitlaqhom f’riġlejk.
Missierna, Sliema, Glorja.
Ġesu’ inti tiegħi u jiena tiegħek;
la tħallinix, minnek nitbiegħed.
Żommni dejjem, maqgħuda miegħek;
aħkem lil qalbi, hawn hi kollha tiegħek.
Missierna, Sliema, Glorja
Skont il-fehma tal-Papa: Missierna, Sliema, Glorja.