Il-Pornografija b’mod speċjali permezz tal-Internet. (Muftieħ tal-Għerf)

It-Tlieta, 21 ta’ April 2009: Ħsieb ta’ Fr Hayden dwar il-Pornografija b’mod speċjali permezz tal-Internet fil-programm ‘Muftieħ tal-Għerf’. Ara t-test tagħha taħt il-vidjos bit-tliet partijiet …

MUR GĦAL-LISTA SĦIĦA TAT-TAĦDIDIET TA’ FR HAYDEN

Hekk waqt li nsellem lis-semmiegħa kollha ta’ Radju Marija, illum aħna sejrin nitkellmu fuq is-suġġett tal-Pornografija. Huwa suġġett li naħseb li jista’ jolqot lil diversi u tajjeb li nitkellmu daqsxejn ftit fuqu anke kemm mill-att uman kif ukoll mill-att spiritwali ta’ nsara li aħna.

L-ewwel ħaġa hekk il-pornografija mhux xi ħaġa ħa ngħid hekk ta’ żminijietna li qegħdin ngħixu fiha aħna llum il-ġurnata, pero’ sfortunatament bil-mezzi teknoloġiċi moderni illi għandha s-soċjeta’ tagħna llum u b’mod partikulari nixtieq nagħmel riferenza qawwija għall-użu tal-internet, il-pornografija fi żminijietna qed tiġi bbumbardjata mmens fuq dawn il-mezzi ta’ kommunikazzjoni u ssib numru mhux ħażin ta’ nies li anke jagħmlu użu mill-internet għal skopijiet pornografiċi flimkien ma’ rivisti, magazines, ma’ letteratura, ma’ films, u affarijiet oħrajn li jkunu ta’ pornografija u dana għeżież tiegħi ma naħsbux illi hemm xi faxxa partikulari ta’ nies illi jaraw il-pornografija u oħrajn le.

Il-pornografija tista’ taħkem kull faxxa tas-soċjeta’

  • tista’ tkun politiku,
  • tista’ tkun nisrani,
  • tista’ tkun ateju,
  • tista’ tkun tabib,
  • tista’ tkun avukat,
  • tista’ tkun qassis,
  • tista’ tkun xi ħadd li qed jistudja l-mediċina jiġifieri
  • tista’ tkun ġuvni,
  • tista’ tkun miżżewweġ,
  • tista’ tkun fl-adoloxxenza,
  • tista’ tkun qed tinnamra,
  • tista’ tkun ilek miżżewweġ.

Iġifieri hija xi ħaġa li tista’ wieħed jaqa’ fiha minn kull srejta tal-ħajja u f’kull mument tal-ħajja tagħna, iġifieri m’aħniex qed nitkellmu minn xi ħaġa li tapplikaha għal xi ħadd iktar milli tapplikaha għal xi ħaddieħor pero’ fir-realta’ niltaqgħu ma’ persuni illi jiġu minn faxxi differenti u għalhekk nara anke r-relevanza li nirriflettu fuq is-suġġett bħal dan u niriflettu fuqu b’mod matur.

Kont qed insemmi l-użu tal-internet fuq din-il ħaġa għaliex l-użu tal-internet ħa ngħidu hekk, ħoloq problema aktar milli l-materjal pornografiku li ssib fuq l-internet bħalma tista’ ssibu fuq rivisti, kotba, films u oħrajn, pero’ anke din l-idea li għandek chat rooms per eżempju, jiġifieri li xi ħadd jidħol jitkellem ma’ xi ħadd li mhux bilfors ikun jaf min huwa. L-idea li għandek il-web cam iġifieri għandek camera mwaħħla mall-kompjuter u inti tista’ tara dak li qed jiġri muri fuq camera n-naħa l-oħra u ħaddieħor jista’ jara dak li inti qed turi fuq l-camera minn naħa tiegħek. Iġfieri dawn huma sitwazzjonjiet ġodda li ma kienux qabel illi wkoll fejn flok qed nużawhom b’mod tajjeb għaliex jaħasra dawn il-mezzi nistgħu nagħmlu ħafna, ħafna, ħafna ġid, ħafna, pero’ sfortunatament anke l-ħażen qiegħed jinflitra u xi kultant qed jinfiltra b’rata ħafna aktar mgħaġġla.

L-internet fiha nfisha m’hijiex la tajba u anqas ħażina – hija bħal sikkina li għandha użu skont kif tużaha int. Sikkina tista’ tużaha biex toqtol, tista’ tużaha biex tiekol, u l-Internet l-istess ħaġa pero’ l-ħażen fejn jidħol il-pornografija fuq l-internet qiegħed jiġri u qed naħseb qiegħed jiġri bil-kbir. Iġifieri m’hijiex xi ħaġa illi ssib persuni per eżempju li jiżolaw kompletament lilhom infushom mill-bqija tal-familja, mir-relazzjoni tagħhom u jqattgħu ħin twil anke biex jaraw materjal pornografiku fuq l-internet illi jdaħħalhom anke f’komunikazzjoni, f’relazzjoni, f’immaġinazzjoni, f’fantasiji sesswali ma’ persuni oħrajn in-naħa l-oħra ma’ min qegħdin jiċċettjaw jew ma’ min qegħdin jaraw fuq il-cameras.

U jista’ jasal il-mument għeżież tiegħi fejn ċerti persuni jsiru addict għall-pornografija. Iġifieri mhux xi ħadd illi ra xi darba xi ħaġa pornografika li xorta tibqa’ ħażina, imma hemm ċerti persuni li jispiċċaw ma jistgħux jgħaddu mingħajr il-pornografija dik li ngħidulha addiction. U dawn it-tip ta’ addictions fil-ħajja jistgħu jkunu per eżempju bħal min hu addict għad-droga, bħal min hu addict għall-alkoħol, bħal min hu addict għall-gambling – dan il-logħob xi darba nixtieq li nitkellmu fuqha. Tant familji qegħdin ibatu minħabba ħafna logħob ta’ flus li qed isir. Imma jiġifieri hawn min tant jidħol f’li jrid jara l-pornografija illi l-ħin kollu jkun fiha illi donnu ma jistax jgħaddi mingħajrha u din hi problema serja.

U nixtieq hekk naqsam ftit magħkom għalissa sitt punti li jistgħu juru, jkunu ta’ indikazzjoni (mhux qed ngħid li mhux kull min għandu dal-punti jiġifieri huwa addict għall-pornografija) imma jistgħu jkunu ta’ indikazzjoni illi persuna tkun qiegħda f’addiction u allura hemm hija trid tixgħel biex ngħidu hekk l-alarm – il-bozza l-ħamra.

1. Meta ma tistax tieqaf tara l-pornografija

Iġifieri meta persuna ma tistax tieqaf, tħossha inkapaċi li tieqaf quddiem li tara l-pornografija. Illi minkejja li tagħmel sforz fuq sforz u kontra sforz sabiex tieqaf milli tara materjal pornografiku xorta waħda donnha ma tistax tieqaf u tibqa’ taqa’ sabiex tarah. Iġifieri hemmhekk għandek għaliex jixgħel għażiż ħija u oħti jekk inti f’din iċ-ċirkustanza trid tixgħel il-qanpiena ħamra. Xi ħaġa sejra ħażina.

2. Meta xi ħadd jiġbidlek l-attenzjoni biex twaqaf il-pornografija r-reazzjoni tiegħek tkun ta’ rabja enormi

Sinjal ieħor illi jrid jixgħel il-qanpiena għeżież tiegħi, jixgħel il-bozza l-ħamra fil-ħajja tagħna jekk inkunu f’dan il-vizzju tal-pornografija hija illi meta xi ħadd jiġbidlek l-attenzjoni biex twaqqfu r-rabja aggressiva, eseġerata, irritabbilita’ li toħroġ minnek. Jiġifieri turik kemm fil-verita’ l-pornografija tkun ħakmet lil qalbek, tkun ħakmet il-moħħok u ssir life style u attitudni tiegħek. Iġifieri mhux xi ħaġa ħażina li għamilt darba u xi ħadd ikkoreġġiek u kont taf tieħu korrezzjoni, imma tant issir fik parti minnek bħalma jiġri per eżempju persuna li jkollha l-addizzjoni tad-droga, illi r-reazzjoni tiegħek tkun ta’ rabja enormi allura mingħajr ma taf qed tikxef anke lilek innifisek kemm il-pornografija hija vera problema serja anke jekk inti tipprova tgħid illi m’hijiex.

3. Meta tibda taħbi l-materjal pornografiku għax tibża’ li tinqabad

Tinduna wkoll illi l-pornografija ħakmitek sew meta inti tibda taħbi. Taħbi l-materjal pornografiku, tibża’ li ħa tinqabad. Għaliex tant isir life style, tant isir rutina illi tkun għal xi wħud tista’ tkun double life jiġifieri tkun qed tgħix f’adulterju tal-qalb per eżempju ma’ martek, daqs li kieku għandek mara oħra, għandek persuna oħra, allura taħbi. Hija meta tħoss fik din id-dinamika tal-ħabi eseġerat, kontinwu fuq din l-issue tal-pornografija, allura hija s-sinjal li isma’ l-pornografija daħlet ħafna fl-għeruq tal-ħajja tiegħek.

4. Meta minkejja tara konsegwenzi ovji li l-pornografija qed idaħħlek fihom, inti xorta waħda tibqa’ tara l-pornografija

Sinjal ieħor li juri illi persuna hija addict għall-pornografija hija meta minkejja tara konsegwenzi ovji li l-pornografija qed idaħħlek fihom inti xorta waħda tibqa’ tara l-pornografija. Per eżempju jekk inti tagħmel ħinijiet twal tara l-pornografija billejl, filgħodu ma tqumx għax-xogħol u qed tirriskja titlef il-job u xorta waħda tibqa’ tagħmel din -il ħaġa. Turik kemm dina hija verament problema serja anke jekk ma tridx tammettiha. Per eżempju jekk inti qed tonfoq ħafna flus fuq il-pornografija b’konsegwenza illi m’għandekx flus biżżejjed għal affarijiet oħrajn u xorta waħda tibqa’ tonfoq il-flus fil-pornografija minkejja li taf u tara s-sitwazzjonijiet diffiċli illi din qed twasslek fihom.

Ħaġ’oħra li tista’ tindikalek li l-pornografija hija serja … Qed nagħmel dawn il-punti għaliex xi wħud light u le qisu m’hemm xejn ħażin, u hija din mhux kulħadd hekk father, u dina mhux ta’ darba? Oqgħod attent għax anke ta’ darba se nitkellem ‘il quddiem fuq il-ħsara tagħha pero’ qed nurikom kemm għal uħud tista’ tkun vera serja u ma jammettuhiex li hija serja.

5. Meta l-użu tal-pornografija joħloqlok problemi serji fiż-żwieġ u minkejja li joħloqlok problemi serji fiż-żwieġ inti tibqa’ tara l-pornografija

Sinjal ieħor hija meta l-użu tal-pornografija joħloqlok problemi serji fiż-żwieġ u minkejja li joħloqlok problemi serji fiż-żwieġ inti tibqa’ tara l-pornografija. Per eżempju joħloq distanza emozzjonali bejnek u bejn martek, bejnek u bejn żewġek. Sal-punt illi l-parti l-oħra tiegħek iġifieri martek jew żewġek iħossuhom li inti you’re neglecting them. Inti qed titlaqhom, inti qed tabbandunhom, inti qed tibdilhom, ma’ stampa, ma’ materjal, ma’ xena, ma’ web cam, ma’ chat room fuq l-internet. U sa riskju li tista’ titlef anke relazzjoni ta’ martek u żewġek u minkejja dan kollu inti tibqa’ ffissat fuq il-pornografija. Li qed ngħid din għandha turik li vera hi problema serja anke jekk int ma tridx tammettiha.

6. Meta inti taħli ħafna ħin, ħafna enerġiji f’din-il ħaġa

Ħaġ’oħra illi turik, l-aħħar ħaġa milli stajt nirrifletti jiena, li l-pornografija tista’ tkun verament addiction serja fil-ħajja tiegħek, meta inti taħli ħafna ħin, ħafna enerġiji f’din-il ħaġa mhux biss fil-mument li qed tara materjal pornografiku, imma anke per eżempju qomt filgħodu u diġa’ qed taħseb filgħaxija x’se tagħmel. Diġa’ qed tieħu ħafna mill-ħin mentali tiegħek flok tikkonċentra fuq affarijiet oħra fil-ħajja tiegħek fuq ix-xogħol, fuq il-mara, fuq ir-raġel, fuq il-familja, fuq hobby, inti kontinwament tibqa’ ffissat fuq din-il ħaġa u ġa qed taħseb minn qabel u taħli l-enerġija kollha kif ħa takkwista aktar. Meta qed teħodlok allura ħafna mill-enerġija tal-ħajja tiegħek din għandha turik illi din hi problema serja.

Meta wieħed jinnota dawn l-affarijiet fih għeżież tiegħi u wieħed verament irid jagħmel xi ħaġa, irridu nifhmu illi biex tibda tagħmel xi ħaġa bis-serjeta’ dwar il-pornografija fil-ħajja tiegħek, hemm bżonn ħafna onesta’ u hemm bżonn ħafna għajnuna ta’ ħaddieħor. Din l-issue ġġib ħafna mistħija ħa ngħiduha kif inhi fil-persuni li jinqabdu diġa’ diffiċli forsi biex jitkellmu huma u anke nassumu li inti l-mara jew ir-raġel u tinduna li martek jew żewġek għandhom dan il-vizzju tal-pornografija anke inti ssibha diffiċli li tmur tiftaħ qalbek ma’ xi ħadd u tgħidlu: ‘isma’ ta, ir-raġel tiegħi għandu l-problema bil-pornografija irid min jgħinu.’ Iktar faċli tgħid:

  • ‘isma’ r-raġel tiegħi tiegħi għandu problema t’alkoħol,
  • ir-raġel tiegħi għandu problema ta’ gambling,
  • it-tifel tiegħi għandu problema tad-drogi,

imma li tgħid ‘żewġi, marti għandhom problema ta’ pornografija, irrid xi ħadd li jgħinhom’ u mmur nitkellimha ma’ xi ħadd biex jgħinhom, normalment ħafna drabi nsibu li f’dawn il-każijiet ikun hemm ċerta mistħija, illi tkun iżżomm il-persuna sabiex tfittex l-għajnuna. Kemm persuna illi tkun qiegħda fil-pornografija u kemm ukoll il-persuna illi taf illi s-sieħeb, is-sieħba tagħha jinsabu propju f’din is-sitwazzjoni.

Għall-grazzja t’Alla hawn persuni anka professjonali llum il-ġurnata illi jistgħu jgħinu persuni li huma addict tal-pornografija sabiex joħorġu minnu, allura tajjeb li jfittxu anke din l-għajnuna.

Nixtieq naqsam magħkom għeżież tiegħi, għaxar punti ħa ngħidu hekk tappi kif wieħed jista’ jieqaf mill-pornografija. Għaliex mhux biżżejjed illi aħna nitkellmu kontriha dil-ħaġa għaliex tagħmel ħsara vera, imma anke illi wieħed jara kif jista’ jaqta’, iġifieri aħna l-Vanġelu huwa dejjem Vanġelu ta’ tama mhuwiex Vanġelu ta’ kundanni.

Għaxar punti kif wieħed jista’ jieqaf mill-pornografija

1. Int trid taċċetta li għandek problema

L-ewwel pass biex taqta’ l-pornografija dejjem fl-opinjoni tiegħi, fir-riflessjoni tiegħi hija din: illi int trid taċċetta li għandek problema. Għalhekk semmejt is-sitt punti li jistgħu juruna li hemm problema. Għaliex jekk ma taċċettax li għandek problema, inti ħa tibqa’ f’fażi fejn se toqgħod tigdeb. Fejn ħa toqgħod tgħid le mhux vera għandi problema. U allura ħa tibqa’ f’dik il-problema fil-ħajja tiegħek, li ħa tibqa’ tgħid li dik il-pornografija mhix problema meta hi problema. Trid tiftaħ għajnejk għażiż ħija, għażiża oħti tkunx ingannat. Ix-xitan jagħmik u x-xitan jorbtok fid-dnub tiegħek. U allura importanti biex int tirrealizza li għandek problema ta’ pornografija illi anke dawn is-sinjali li tkellimna dwarhom teżaminhom ftit jekk inti persuna li tara l-pornografija. U naħseb tajjeb illi biex taċċetta l-problema illi bil-mod-il mod tħalli lil min jekk xi ħadd jaf dwar li inti tuża l-pornografija u jixtieqlek il-ġid veru tħallih jikkonfrontak, ħalli tkun tista’ vera int taċċetta l-verita’ illi għandek problema.

2. Int trid tagħraf li din mhux xi ħaġa tajba

It-tieni punt huwa li trid tagħraf li din mhux xi ħaġa tajba għax issib min jgħidlek illi ‘eħe, jiena addict għall-pronografija pero’ m’hemm xejn ħażin fiha’. Iġifieri t-tieni punt trid tirrealizza li mhux biss inti għandek addiction għall-pornografija, imma li hija ħażina dak li qed tagħmel, u ħażina għeżież tiegħi mhux għax tifhem inti jew ma tifhimx int li hija ħażina. It-tajjeb u l-ħażin mhux jiena u int niddeċieduh m’aħniex Alla. It-tajjeb u l-ħażin huwa Alla li jurihulna.

U għaliex hija ħażina l-pornografija? Għaliex il-ġisem tal-bniedem li huwa t-Tempju tal-Ispirtu s-Santu għeżież tiegħi, qiegħed hemm hekk sabiex jigglorifika ‘l Alla, imma li jiena nara persuna fl-għera tagħha b’talli mod li din qiegħda biex tissodisfa l-aptiti sesswali tiegħek u tiegħi, dik għeżież tiegħi jien qed inwaqqa’ l-persuna l-oħra, il-ġisem tal-persuna l-oħra sempliċiment għal oġġett.

  • U allura din id-dinjita’ tal-bniedem li aħna nitkellmu minnha?
  • Din id-dinjita’ tal-mara li aħna nitkellmu minnha, jew aħna ipokriti?
  • Jew aħna fejn jaqblina nitkellmu u niġġieldu għad-drittijiet?

Fejn jaqblilna niġġieldu għad-drittijiet m’aħniex sinċiera. Ngħixu ħajjietna bażata fuq gidba fejn iridu nemmnu fid-drittijiet fejn iridu ma nemmnux dwarhom. Huwa dritt għall-persuna huwa dmir tal-persuna wkoll li hija tipproteġi lilha nnfisha, imma dan imur kontra anke d-dinjita’ tal-bniedem. U jien naħseb li huwa ħażin ukoll għeżież tiegħi għaliex ħafna drabi tbiddel anke l-immaġni tas-sesswalita’ fil-ħajja tagħna. Jiena nibdel u s-sesswalita’ norbotha biss ma’ pjaċir u l-persuni nibda nħares lejhom biss bħala persuni li ninqeda bihom biex jagħtuni pjaċir.

Ħażen ieħor illi l-pornografija ġġib ħa nkun straight li inti trid tagħmel dak li tara.

  • Dak li inti tara fuq t-TV,
  • dak li inti tara fuq l-internet,
  • dak li inti tara fl-istampi

trid tmur tagħmlu ma’ martek jew ma’ żewġek jew ma’ xi ħaddieħor. Iġifieri inti tirriduċi lilek inifsek fuq dak il-livell ta’ stint li l-bniedem imur ‘il hinn minn hemm u hemm bżonn għeżież tiegħi, il-fidi tagħna nisranija trid iċaqlaqna mill-qiegħ fuq dawn l-issues. Mhux qisna reqdin waħda A1 u nibqgħu għaddejjin mal-bqija tal-kurrent qisu m’hu qed jiġri xejn fil-ħajja tagħna! Hemm bżonn konverżjoni u bidla mill-qiegħ nett!

Jien naħseb li ħażen ieħor li hemm fil-pornografija hija din. Jekk persuna li esponiet il-ġisem tagħha f’materjal pornografiku, din għamlet hekk ibqgħu ċerti…

  1. Ma tirrispettax lilha nfisha.
  2. Jista’ jkun li qed tagħmel hekk għaliex dik il-persuna għandha bżonn il-flus u allura tkun qed tbiegħ lil ġisimha biex taqla’ xi ħaġa tal-flus kif xi drabi jiġri mill-prostituzzjoni, imbagħad tiġi int bil-wiċċ vili kollu li għandek u tabbuża minn dik il-persuna billi toqgħod tara l-materjal pornografiku, meta dik qiegħda hemm hekk għax qed tbati xi kultant. Mhux qed ngħid li huma l-każijiet kollha, imma xi drabi ssib persuni li jinvolvu lilhom nfushom fil-pornografija jew għax huma sfurzati jew għax ikollhom jagħmlu hekk biex jaqilgħu daqsxejn tal-flus. Imbagħad inti tabbuża minn dik id-dgħjufija, minn dik iċ-ċirkustanza iebsa li dawk il-persuni jkunu fihom.

Int ma tkunx taf. Inti dik il-persuna hija biss oġġett għalik. Int m’għandekx qalb ta’ bniedem. Int li tagħmel użu minn dawn l-affarijiet m’għandekx qalb ta’ bniedem. M’hemmx imħabba vera, m’hemmx umanita’ u toqgħodx idur, affaċċja l-verita’, ammetti li qed tagħmel ħażin!

3. Ma toqgħodx twaħħal f’ħaddieħor

Ma toqgħodx twaħħal f’ħaddieħor. Iġifieri ma toqgħodx iġib l-iskuża ara kieku l-mara tiegħi, kieku żewġi kien iktar effectionate kien iktar qrib tiegħi kieku jiena ma narax pornografija. Dak li hu ħażin toqgħodx twaħħal fuq ħaddieħor. Vera kieku ċ-ċirkustanzi jkunu differenti ħajtek tista’ tkun aħjar imma żball ma jissewwiex bi żball ieħor. Jekk hemm nuqqas ta’ effett ma jfissirx li għandek tikkumpensah bil-pornografija. Ma jfissirx li għandek tikkumpensah bid-dnub fil-ħajja tiegħek. Għandna bżonn karattri sodi għeżież tiegħi. Qegħdin nintelqu wisq, qegħdin niskużaw kollox billi nitfgħu l-ħtija fuq ħaddieħor.

Ir-raba’ punt li naħseb hu importanti. Mela l-ewwel wieħed biex infakkarkom kien li tirrikonoxxi li għandek problema bil-pornografija, li tammetti li hija ħażin, li ma twaħħalx f’ħaddieħor.

4. Titkellem ma’ xi ħadd li hu responsabbli bħalma huwa s-saċerdot fil-Qrar

Ir-raba’ punt huwa wkoll illi inti verament titkellem ma’ xi ħadd li hu responsabbli bħalma huwa s-saċerdot fil-Qrar. Li dil-ħaġa int tasal li tikxifha ma’ xi ħadd illi jista’ jgħinnek. Ma’ tkunx magħluq fik inifsek b’mod speċjali fis-Sagrament tal-Qrar li dak li hu dnub inti tqerru ħalli l-Mulej jagħtik il-maħfra tiegħu u għażiż ħija wkoll jagħtik il-qawwa tiegħu ħalli inti tkun tista’ tegħleb din is-sitwazzjoni fil-ħajja tiegħek.

5. Tammetti illi r-rieda tajba tiegħek biss m’hijiex biżżejjed

Il-ħames punt huwa biex inti verament tegħleb il-pornografija huwa li int tammetti illi l-will power tiegħek, ir-rieda tajba tiegħek biss m’hijiex biżżejjed. Iġifieri din mhix xi ħaġa li ħa nqumu filgħodu u ngħid: ‘ara jien mhux se nara pornografija llum’ u taħseb li ħa tagħmilha. Il-will power tiegħek biss m’huwiex biżżejjed trid tirrikonoxxi li xi drabi din taħkmek, ma jkollokx kontroll fuqha u għalhekk għandek bżonn il-qawwa t’Alla. Bil-qawwa tiegħek biss m’intix iġifieri li inti tiddeċiedi inti u tgħid ħa nagħmilha jien m’intiex se tasal waħdek hemm bżonn l-għajnuna tal-Mulej.

6. Li tkun taf it-tagħlim tal-Kelma t’Alla u tat-tagħlim tal-Knisja dwar is-sess u s-sesswalita’

Is-Sitt punt naħseb biex tegħleb il-pornografija tajjeb tkun taf ukoll it-tagħlim tal-Kelma t’Alla u t-tagħlim tal-Knisja x’inhu dwar is-sesswalita’ tal-bniedem. Ġwanni Pawlu II m’għandiex iċ-ċans iridu ħafna ħin biex nitkellmu dwar dil-ħaġa jitkellem ħafna mit-Teoloġija tal-Ġisem. Jurina l-ġisem u s-sbuħija tiegħu, il-ġisem kif jeħodna għand Alla. Huwa aspett tal-ħajja nisranija tagħna fejn tidħol is-sesswalita’ u l-ġisem li ħafna drabi m’aħniex nitkellmu biżżejjed fuqu. Sfortunatment inħoss illi minħabba li l-Knisja mhix titkellem biżżejjed fuqu nħalaq b’ċertu vojt u dan il-vojt flok qed timlieh il-verita’ tal-Kelma t’Alla, flok qed timlieh il-verita’ tat-tagħlim tal-Knisja, dan il-vojt qed timlieh il-gideb tad-dinja, id-dinja kif hi trid twasslina l-messaġġi tagħha dwar is-sess, is-sesswalita’ u l-ġisem tal-bniedem. Mela s-sitt punt huwa li tkun taf anke t-tagħlim tal-Kelma t’Alla u tal-Bibbja dwar is-sess u s-sesswalita’.

7. Li tneħħi l-materjal pornografiku kollu

Is-seba’ punt jekk int verament trid tegħleb il-pornografija fil-ħajja tiegħek  huwa illi tieħu deċiżjonijiet radikali. Li l-materjal per eżempju pornografiku li għandek id-dar:

  • vidjos,
  • ritratti,
  • affarijiet fuq l-internet,
  • affarijiet fuq il-kompjuter,
  • rivisti,

tneħħihom. F’dawn l-affarijiet amputazzjoni m’hemmx triq tan-nofs trid taqbad u taqta’ fil-laħam il-ħaj. Dal-ħafna kompromessi ma jwassluna mkien. M’hemmx kompromess mad-dnub. Trid taqta’ fil-laħam il-ħaj. Il-kompjuter jekk m’intiex kapaċi tikkontrolla, illum nafu li hawn programmi li jimblukkawk milli tidħol f’siti pornografiċi. Jekk verita’ trid taqta’, agħmilhom.

Ħaġa oħra li tista’ tagħmel hija illi l-kompjuter per eżempju ma tħallihx ġo x’imkien privat. Tħallihx ġo fl-istudy waħdek, tħallihx fil-kamra għamlu fil-kċina, għamlu fil-living room meta ma tkunx waħdek u jkun hemm ħaddieħor ħalli b’hekk inti tkun tista’ tagħti kontroll aktar lilek inifsek fil-persuni tal-oħrajn.

8. Li titgħallem anka taħrab it-tentazzjoni li tiġik

It-tmien punt huwa li titgħallem anka taħrab it-tentazzjoni li tiġik. Iġifieri importanti illi taħsibx li inti daqshekk b’saħħtek li ħa tegħleb it-tentazzjoni tal-pornografija anke jekk int persuna reliġjuża ta u tmur tqerr u titqarben u titlob kuljum taħsibx li inti daqshekk b’saħħtek. U naħseb li rridu nsibu mezzi konkreti kif negħlbu t-tentazzjoni li persuna tara materjal pornografiku.

Ħa ntikom daqsxejn hekk ħames affarijiet żgħar ta’ x’wieħed jista’ jagħmel biex jegħleb din it-tentazzjoni:

  1. Per eżempju li inti żżomm ħdejn il-kompjuter tiegħek jekk inti internet addict għall-pornografija ritratti tal-persuni li inti tħobb: martek, żewġek, uliedek u tgħid lilek innifsek ‘jien ħa nibdel ‘il marti ma’ din? Ma’ din l-istampa? Ma’ din ix-xena?’ Ħalli jfakkruk b’mod ħafna konkrett.
  2. Per eżempju li anke int ikollok pjan illi meta tiġik it-tentazzjoni x’se tagħmel. Iġifieri mhux dak il-ħin tara x’se tagħmel tkun ħsibtha minn qabel x’sejjer tagħmel. Irridu nkunu ħafna konkretti f’dawn l-affarijiet.
  3. Tajjeb ukoll li ssib biex tegħleb din it-tentazzjoni attivitajiet li lilek jirrilassawk u tieħu pjaċir, jien naf daqsxejn sports, ftit jogging – affarijiet illi verament jirrilassawk.
  4. Trid anke titgħallem kif tikkontrolla ċerti emozzjonijiet li jqumu fik t’anzjeta’ meta tkun waħdek, ta’ rabja, dipressjoni, ta’ dwejjaq. Għax faċilment jekk ma tkunx taf kif tikkontrolla dawn l-emozzjonijiet allura taqa’ fil-pornografija.
  5. U trid titgħallem naħseb ukoll tqatta’ inqas ħin waħdek jekk ma tafx tuża l-ħin waħdek b’mod tajjeb.

9. Li tagħti ċans lilek inifsek biex taħdem fuq dan il-proċess

Id-disa’ tappa għeżież tiegħi biex wieħed jegħleb il-pornografija hija li tagħti ċans lilek inifsek biex taħdem fuq dan il-proċess. Iġifieri jrid ikollok anke l-paċenzja miegħek innifsek illi taħdem, tiġġieled miegħek innifsek bl-għajnuna ta’ ħaddieħor, bil-grazzja t’Alla biex inti tikber. Agħti ċans lilek inifsek.

10. Li tirbaħ il-pornografija illum

U l-aħħar ħaġa naħseb li tista’ tagħmel hija illi inti tirbaħ il-pornografija llum. Toqgħodx tgħid illum ħa nirbaħha u għada ħa naqa’. Għix ġurnata b’ġurnata, mument b’mument. Iġġieled il-mument imma m’hemmx għalfejn tiġġieled kollox f’daqqa. Ftakar il-gwerra tirbaħha jekk tirbaħ ħafna battalji. Min jipprova jiġġieled il-gwerra biex jirbaħha ma jirbaħhiex pero’ min jirbaħ il-battalji żgħar jispiċċa biex jirbaħ il-gwerra.

Kelma lill-ġenituri

Nixtieq ngħid kelma żgħira lill-ġenituri għax il-ħin tagħna daqt jagħlaq fejn jidħol dina għax tista’ tkun problema anke fejn jidħlu wliedhom b’mod speċjali fejn jidħol il-kompjuter. Nissuġġerilkom ħafna illi ma tħallux kompjuters privati fil-kmamar tat-tfal b’mod speċjali taħt l-eta’ ħalluhom f’postijiet pubbliċi. Waħħlulhom programmi illi jimblukkaw il-pornografija. Għallmuhom dwar kemm hija l-pornografija qiegħda preżenti fuq l-internet, kemm tista’ tkun perikoluża. Għallmuhom tħalluhomx fil-agħma.

Jekk aċċidentalment titla’ xi pop up ta’ xi ħaġa pornografika, agħtu ċ-ċans li t-tfal jitkellmu magħkom ħalli tedukawhom u mhux jidħlu fil-biża’ milli jgħidulkom u jibdew iħawwdu waħedhom.

Importanti li tgħallmu t-tfal illi l-internet jużawha għal skop partikulari mhux imur jibbrawsja u jidħol Google u joqgħod ifittex dak li jrid u li jogħġbu. Ikun jaf għalxiex sejjer ifittex u jaf x’qiegħed ifittex. Importanti li jifhmu li ċerta komunikazzjoni, jekk tista’ tibgħat messaġġ, iċċempel, tara persuna, aħjar milli toqgħod tikkomunika b’ħafna chat lines b’ħafna affarijiet fuq l-internet illi ma tkunx taf ma’ min qiegħed tikkomunika.

Ħaġa oħra li t-tfal tgħallmuhom ma jagħtux informazzjoni dwarhom minn fuq l-Internet, minn fuq dan l-imbierek chatting. Għallmuhom ukoll kif jużaw il-kompjuter u l-internet b’mod tajjeb, b’mod pożittiv. U l-aħħar ħaġa u nagħlaq biha għax il-ħin sar. Għallmuhom ukoll li ma jiftħux emails mingħand nies illi ma jafux x’fihom. Tridu tipproteġu lil uliedkom anke minn dawn l-affarijiet.

Il-Mulej jieqaf magħkom, jagħtikom l-għajnuna tiegħu kemm intom li forsi għandkom problema ta’ pornografija u anke ġenituri biex tgħinnu ‘l uliedkom ħalli toħorġu minn dan l-ingann minn dan id-dnub ħalli tgħixu l-ħajja sabiħa, il-ħajja ġdida li l-Mulej tana fuq kull livell fil-ħajja tagħna. Il-Madonna tkun magħkom u jekk nagħmlu dan, il-Mulej jagħtina s-sliem. 

MUR GĦAL-LISTA SĦIĦA TAT-TAĦDIDIET TA’ FR HAYDEN

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s