Talba għall-paċi fid-dinja

Dan it-Talb Speċjali kollu miġbur f’dokument wieħed – PDF

MUR GĦAL-LISTA TA’ TALB SPEĊJALI

Għażiż Prinċep tas-Sliem, nitolbok għall-paċi fid-dinja. L-aħbarijiet kulma jmur iktar qed isiru koroh u ta’ swied il-qalb meta ta’ kuljum tisma’ bi gwerer, atroċitajiet, qtil li qed isir. Dan l-aħħar f’pajjiżna wkoll spiss qed nisimgħu b’persuni li argumentaw u waslu biex ferew lil xulxin b’mod gravi u li xi wħud minnhom wasslu għall-mewt.

  • X’qed iwassal lill-bniedem biex jaġixxi b’dan il-mod?
  • Fejn u liema post qed jagħti Lilek f’ħajtu?

Dan kollu qed jiġri għax ħafna qed iwarrbuk u qed jagħżlu it-triq il-faċli li ma twassal imkien. Kulħadd medhi fl-imbarazz li toffri d-dinja mundana u l-aqwa u l-għeżeż Teżor ituh il-ġenb. Dan it-Teżor m’hu ħadd għajrek Mulej Ġesu’. Minnek biss jiġi l-veru ferħ, il-paċi tal-qalb, il-kuntentizza u dak kollu li hu sabiħ u tajjeb.

Għalhekk waqt li ngħolli ħarsti lejk nitolbok bil-ħniena biex l-ewwel u qabel kollox tnissel il-paċi fil-qlub tagħna u magħna nfusna, billi tqaċċat minna kull rabja li tista’ tkun marbuta mal-passat jew għall-persuni li fil-fond ta’ qalbna ma rridux naħfrulhom. Agħtina l-grazzja li naċċettaw u nikkoperaw mall-grazzja tiegħek u nagħtu bidu għall-proċess li jwassalna għall-maħfra u wara għall-fejqan sħiħ fejn Int terġa’ tgħaqqad dak li fina hu biċċiet.

Agħmel li nagħrfu niftħu qalbna beraħ għalik ħalli Int tkun tista’ taħdem fina, u nħalluk tkisser minna din il-qalb tal-ġebel li ħloqna u bil-mod il-mod tonqox fina qalb tal-laħam bħal tiegħek. Ibdilna Mulej u kebbes fina l-fjammi t’imħabbtek biex l-ewwel u qabel kollox inħobbu Lilek fuq kulħadd u wara lill-proxxmu tagħna. Agħmel li bis-skiet u bl-eżempju tagħna nħallu impatt qawwi tal-immaġini tiegħek fost l-oħrajn fejn ikun hemm bżonn ta’ kelma inqas.

O Marija, Omm il-Paċi, kompli mexxina u pproteġina taħt il-mant matern tiegħek biex bħalek inkunu xandara tal-Paċi t’Ibnek. Ammen.

Dan it-Talb Speċjali kollu miġbur f’dokument wieħed – PDF

MUR GĦAL-LISTA TA’ TALB SPEĊJALI

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s