Talba għal min spiritwalment jinsab bil-ġuħ u bil-għatx

Dan it-Talb Speċjali kollu miġbur f’dokument wieħed – PDF

MUR GĦAL-LISTA TA’ TALB SPEĊJALI

Mulej Ġesu’, illum se nitolbok għal dawk li jinsabu bil-ġuħ u bil-għatx spiritwalment – għal dawk li jixxenqu kull ħin għal dak li hu ġust f’din id-dinja inġusta.

Biżżejjed nagħtu ħarsa madwarna biex naraw u mmissu b’idejna kemm inġustizzji saru u għadhom isiru. Dan meta s-sinjur jinsab paxxut u dejjem jistgħana u dawk li huma foqra saħansitra qed imutu kull minuta.

Mulej il-bniedem fil-fond ta’ qalbu għandu xewqa għal dak li hu qaddis, għal dak li hu sewwa u min ikompli jaħdem għal dan żgur li għad jixba’ bil-ġid li jiġi minnek. Int biss kapaċi timla u tferra’ dak kollu li hu nieqes fina.

Ħeġġeġ O Ġesu’ l-qlub u mliehom Bik, sostnihom bil-Kelma qaddisa u setgħana tiegħek – Kelmtek li taqta’ l-ġuħ u l-għatx tan-nixfa. Itmagħna u isqina Bik fl-Ewkaristija.

Ħenn għalina Ikoll li ninsabu f’dan il-wied tad-dmugħ biex meta jasal il-Jum niġu ngawduk għal dejjem fl-eternita’ fejn xejn ma jkun jonqosna. Ammen.

Dan it-Talb Speċjali kollu miġbur f’dokument wieħed – PDF

MUR GĦAL-LISTA TA’ TALB SPEĊJALI

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s