Talba għal dawk li huma mweġġa’

Dan it-Talb Speċjali kollu miġbur f’dokument wieħed – PDF

MUR GĦAL-LISTA TA’ TALB SPEĊJALI

Prezzjuż Mulej, illum se nitolbok għal dawk li għax iħennu għal ta’ madwarhom dejjem isibu min aktar jagħtihom mill-agħar, jikkritikhom, isibu min ikellihom iebes u jweġġagħhom għax mhux kulħadd kapaċi juri ħniena ma’ ħaddieħor.

Nitolbok wkoll għal dawk li qalbhom tinsab magħluqa u tabilħaqq insew kif juru ħniena. Għal dawk li anqas huma stess ma jafu xi tfisser tħenn għax forsi huma ġew imċaħħdin minnha minn diversi oħrajn.

Nitolbok għal dawn li jinsabu fi stat li qalbhom tant hi mweġġa’ li jħossuhom bla ebda sentiment u li kollox spiċċa għalihom. Saħansitra ġieli jesprimu ruħhom b’mod goff bħal meta jgħidulek: ‘Jien għandi bħal toqba f’sidri fejn qalbi ġiet maqlugħa u m’għadnix nista’ nħobb.’

Ħenn għall-poplu li Int stess fdejt b’demmek l-għażiż. Rattab il-qlub sabiex jagħrfu jinfetħu għalik mill-ġdid u f’min iħossu bla qalb, nitolbok poġġi Qalbek stess flok qalbu u ħeġġiġhom b’imħabbtek safja. Ammen.

Dan it-Talb Speċjali kollu miġbur f’dokument wieħed – PDF

MUR GĦAL-LISTA TA’ TALB SPEĊJALI

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s