Talba għall-qdusija tas-saċerdoti

Dan it-Talb Speċjali kollu miġbur f’dokument wieħed – PDF

MUR GĦAL-LISTA TA’ TALB SPEĊJALI

Mulej Ġesu’, minn qalbi nitolbok għall-qdusija tas-saċerdoti – agħmel li jkunu saċerdoti skont il-Qalb tiegħek. Ġesu’ Int għidt lil Pietru:

‘Inti Pietru u fuq din il-blata jiena nibni l-Knisja tiegħi u s-setgħat tal-infern ma jegħlbuhiex.’

Mattew 16: 18

Kemm hemm bżonn li nemmnuha din u b’impenn nitolbu għal dawk kollha li jmexxuna f’Ismek sabiex Int tkompli tagħtihom il-qawwa u l-kuraġġ biex ikomplu jaħdmu fil-għalqa tiegħek minkejja l-bsaten fir-roti u dak kollu li jħabtu wiċċhom miegħu fid-dinja tal-lum li kulma jmur qiegħda tabbandunak.

O Saċerdot Etern, Kbir u Qaddis, biegħed minn dawk li Int għażilt u kkonsagrajthom bħala ministri tiegħek kull tfixkil u tentazzjoni li huma jiltaqgħu magħhom. Ftakar li huma wkoll umani u dgħajfin bħal kulħadd. Sawwab fuqhom l-Ispirtu Qaddis tiegħek biex ma jaqtgħux qalbhom imma jkomplu jgħarfu dak li Int tpoġġi f’qalbhom għall-ġid tagħhom u tal-poplu li Int għoġbok tafdalhom f’idejhom.

Nitolbok ukoll għal aktar vokazzjonijiet saċerdotali ħalli hekk ma jkun qatt li niġu mċaħħda minnek fl-Ewkaristija u fis-Sagrament l-oħra, bħalma diġa’ f’ħafna pajjiżi oħra din qed tidher sewwa.

  • X’nagħmlu mingħajrek Mulej?
  • X’nagħmlu mingħajr il-Knisja mwaqqfa minnek għas-salvazzjoni tal-umanita’?
  • X’nagħmlu mingħajr is-Sagramenti li permezz tagħhom Int tgħaddilna l-grazzji tiegħek?
  • Fejn u għand min tridna mmorru?
  • Min se jaħfrilna f’Ismek kull meta naqgħu tul it-triq?
  • Min se jsaħħaħna bl-Ikel Divin li hu Ġismek Imqaddes?

O Marija, Omm is-saċerdoti, jiena nafda f’idejk is-saċerdoti tagħna, żommhom taħt il-ħarsien matern tiegħek, ipproteġihom u itlob għall-qdusija tagħkom ħalli huma jkunu ta’ ġid għall-merħla, l-aktar bl-eżempju ta’ ħajjithom. Ammen.

Dan it-Talb Speċjali kollu miġbur f’dokument wieħed – PDF

MUR GĦAL-LISTA TA’ TALB SPEĊJALI

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s