Talba għall-għedewwa 

Dan it-Talb Speċjali kollu miġbur f’dokument wieħed – PDF

MUR GĦAL-LISTA TA’ TALB SPEĊJALI

Mulej Ġesu’, nixtieq nitolbok għall-għedewwa, għal dawk li jaraw kif se jkissru bil-kliem u jġibu l-firda bil-kliem u bil-għemil. Nistqarr li xi drabi nitolbok għal kulħadd minbarra għal dawn il-persuni li fil-verita’ għandhom aktar bżonn minn oħrajn. Kemm hi iebsa għalina li nħobbu lil dawk li jagħmlulna d-deni, imma Int tridna nħobbuhom u tant tridna nagħmlu dan, li mort turina bil-fatti sabiex ma jkonnix skuża u ngħidulek: ‘U żgur Int ma tafx x’jiġifieri!’ Dan deher fil-prattika meta minn fuq is-salib tennejt: ‘Missier, aħfrilhom għax ma jafux x’inhuma jagħmlu!’ Mhux biss ħfirt iżda skużajthom quddiem Missierek. Dan hu l-akbar eżempju li wrejtna fil-prattika u mhux bit-tpaċpic biss.

O Ġesu’, agħtina l-qawwa sabiex naħfru u nħobbu kif Int taħfer u tħobb lilna, aħna li lkoll konna għedewwa tiegħek qabel ma fdejtna bil-passjoni u l-mewt tiegħek. Int ħallast għalina bi prezz hekk għoli sabiex tissewwa l-ħsara u l-firda li kellna minn mal-Missier u hekk treġġgħana lura għall-ħbiberija mill-ġdid u għal dak li tlifna minħabba d-dnub tal-ewwel bnedmin.

Naf li l-maħfra hija proċess li jista’ jieħu fit-tul, imma m’hijix impossibli jekk ikun hemm rieda tajba u xewqa li sseħħ. Il-problema hi li aħna suppervi u nibqgħu nfittxu r-raġun jgħaddu kemm jgħaddu snin, nibqgħu rridu li tgħaddi tagħna. M’inix infisser li għandna nerġgħu nafdaw, anzi f’diversi każijiet, hemm bżonn naqtgħu mill-kuntatt ma’ ċerti persuni biex nipproteġu lilna nfusna, imma għandna nkomplu nitolbu għalihom biex huma fid-dawl tiegħek jagħrfu jħalluk tibdel l-attitudni żbaljata tagħhom.

Għażiż Ġesu’, nitolbok għalhekk li trattab il-qlub l-aktar iebsa, li biex jieħdu tagħhom fuq din l-art qed jistennew li jintilfu għal dejjem, għax Kelmtek tgħid li jekk ma naħfrux lil xulxin minn qalbna, anqas il-Missier ma jaħfer lilna l-ħtijiet tagħna. Agħtina l-grazzja li nifhmu dak li nkunu qed ngħidu fit-talb għax ukoll fit-talba mogħtija minnek tal-Missierna, aħna ngħidu: ‘Aħfrilna dnubietna kif aħna naħfru.’ F’kelma waħda qed ngħidulek, forsi bla ma nintebħu, li jekk aħna deċiżi li ma naħfrux, taħfirx lilna lkoll Mulej.

Bierek Mulej lil dawn il-persuni u nitolbok jien ukoll sabiex tiskużahom għax jista’ jkun li l-mod kif jaġixxu ġejja minn dak li għaddew minnu f’ħajjithom. Jista’ jkun li huma ukoll vittmi ta’ wġigħ jew trawmiet li ġarbu jew għadhom iġarbu minn persuni oħra. Dewwi Mulej il-qlub maqsuma ta’ dawk kollha li huma mweġġa’ u wassalhom għall-fejqan sħiħ billi id f’id miegħek jaslu jaħfru lil min ikkawżalhom feriti kbar fil-qalb tagħhom. Ammen.

Dan it-Talb Speċjali kollu miġbur f’dokument wieħed – PDF

MUR GĦAL-LISTA TA’ TALB SPEĊJALI

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s