Talba għall-familji u għat-tfal

Dan it-Talb Speċjali kollu miġbur f’dokument wieħed – PDF

MUR GĦAL-LISTA TA’ TALB SPEĊJALI

Għażiża Familja Mqaddsa ta’ Nazzaret, agħmel li postok fil-familji jkun wieħed li jissejjaħ ta’ ġewwa għax јеkk Intom ma tkunux milqugħa f’kull familja, hemm il-possibilta’ li mal-iċken intopp, titfarrak. Dan il-flaġell qed narawh jikber fin-numru kuljum għaliex m’għadx hemm ħin la għat-talb, la għar-rikreazzjoni, la għal diskussjoni, la għall-ikla ta’ kuljum flimkien u lanqas għat-tfal li ħafna drabi jiġu mrobbija mill-barranin sa minn mindu jkollhom ftit xhur. Dan kollu bl-iskuża li qed ngħixu f’ħajja mgħaġġla u li għandna bżonn il-flus. Il-flus u l-kapriċċi li bla tidwir ta’ kliem, ħadu postkom f’bosta familji!

Ġużeppi u Marija, kif intom kontu ta’ eżempju kbir għat-tfajjel Ġesu’ u mudell perfett ta’ kif għandha tkun familja, ħarsu u pproteġu kull familja minn kull ingann li l-Għadu qed iħejji kontrihom biex jifred u jkisser. Intom li dejjem irrispettajtu u mxejtu ma’ xulxin b’tant ħlewwa u karezzi, poġġu fil-qalb ta’ kull missier u omm dawn il-virtujiet sbieħ sabiex huma jkunu jistgħu jgħadduhom lil uliedhom u hekk jibqgħu jintirtu minn ġenerazzjoni għall-oħra u jkollna dejjem familji skont qalbkom.

Nitlobkom b’mod speċjali għat-tfal kollha biex tipproteġuhom minn kull ħsara fir-ruħ u fil-ġisem u biex tipprovdulhom min irabbihom fil-għożża u l-biża’ t’Alla u jrawwem fihom il-qdusija sa miċ-ċokon, hekk kif għamiltu intom mat-tfajjel Ġesu’. Ammen.

Dan it-Talb Speċjali kollu miġbur f’dokument wieħed – PDF

MUR GĦAL-LISTA TA’ TALB SPEĊJALI

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s