Talba għal min mhux jieħu l-ħajja spiritwali bis-serjeta’

Dan it-Talb Speċjali kollu miġbur f’dokument wieħed – PDF

MUR GĦAL-LISTA TA’ TALB SPEĊJALI

Maħbub Ġesu’ tiegħi, nixtieq nitolbok għal tant persuni li sfortunatament m’humiex jieħduk bis-serjeta’ f’ħajjithom. Għalihom Int tiġi l-aħħar post jekk dejjem jibqa’ spazju għax anke jekk jibqa’, xi drabi jfittxu li jimlewh barra Minnek.

Iva, Mulej, il-bniedem tal-lum għandu ħafna xi jfixklu u t-tpaxxija qed isibha fil-ħwejjeġ maħluqa u f’dawk li ħoloq il-bniedem. Tpaxxija ta’ mument u wara jsib ħafna mrar u vojt hekk kbir li jfittex u joħlom għal xi ħaġa oħra fejn jinsa u jiddeverti għal darb’oħra pjuttost aktar mid-darba ta’ qabel jekk jista’ jkun.

Skont ir-raġunament ta’ dawn l-imsejkna erwieħ, Int m’għadx għandek valur, Int antikwat u diffiċli wisq. Spiss jgħidulek:

  • ‘Imbagħad jekk kulħadd jgħaddiena biż-żuffjett u jgħid li aħna boloh?
  • Ma tarax Mulej li qed titlob wisq?
  • Li niġu quddiesa darba f’ġimgħa biex inħarsu l-kmandament s’issa għadha mhux daqshekk problema, imma tippretendix li niġu kuljum għax ma rridux li jgħajjruna ffissati u/jew ‘brainwashed!’

Fl-aħħar, l-ikbar skuża li l-ħajja saret mgħaġġla wisq!

Għażiż Maħbub Divin li m’intix maħbub, dawn huma ftit mill-ħsibijiet li jgħaddu minn moħħ min dahra jgħix fil-bruda u jfittex li jikkuntenta ruħu bil-ftit f’dak li għandu x’jaqsam mar-ruħ. Kollox donnu sar ibeżżagħhom bla ma jintebħu li l-biża’ hu jekk ma jħabbirkux għal dak li jibqa’ għal dejjen u jintilfu għall-eternita’! Urihom tabilħaqq li Int biss hu ‘l kollox tassew.

  • Il-poplu tiegħek jinsab fil-għama – dawlu Mulej.
  • Jinsab fit-triq tan-niżla – aħtfu Int Mulej.
  • Jinsab bogħod minnek – resqu lejk bil-mod kif tara Int li hu l-aħjar.
  • Jekk tara l-bżonn – heżżu minn ġewwa qabel ikun tard wisq u ċanfar bil-ħlewwa tiegħek ta’ Missier lejn ibnu li jagħmel minn kollox għall-ġid tiegħu.

Ħenn għal dawk li għalihom ukoll xerridt sal-aħħar qatra ta’ Demmek u kompli kun għalina t-Triq, il-Verita’ u l-Ħajja li biha ngħixu Bik.

O Marija, kompli għallimna x’iġifieri tħobb u timxi wara Ibnek Ġesu’ l-istess kif għamilt inti. Ammen.

Dan it-Talb Speċjali kollu miġbur f’dokument wieħed – PDF

MUR GĦAL-LISTA TA’ TALB SPEĊJALI

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s