Talba għall-agonizzanti

Dan it-Talb Speċjali kollu miġbur f’dokument wieħed – PDF

MUR GĦAL-LISTA TA’ TALB SPEĊJALI

Għażiż Mulej, nitolbok għall-agonizzanti kollha, issa li ċ-ċens wasal biex jagħlqilhom u minn ħin għall-ieħor qed jistennew li jaraw wiċċ imb’wiċċ id-dehra tiegħek. Waslu biex jagħmlu l-kontijiet mal-Ġustizzja Divina u daqt ma jkunu jistgħu jagħmlu xejn aktar għalihom infushom.

Għalhekk qed nitolbok sabiex tħenn għalihom aktar minn qatt qabel, agħtihom il-grazzja li jduru lejk tul l-aħħar nifsijiet u jitolbuk maħfra. Jiena nemmen li Inti sejjer taħfrilhom għamlu x’għamlu kif ħfirt lill-ħalliel it-tajjeb minn fuq is-salib meta hu dar jitolbok bil-ħniena. Int mhux biss ħfirtlu, imma wegħedtu li jkun miegħek fil-ġenna dakinhar stess. Ġesu’ Int ma tinbidilx u allura, anke lil dawn ma għandi l-ebda dubju li jekk iduru lejk Int tilqagħhom, taħfrilhom u wara li jkunu pattew għal dnubiethom fil-Purgatorju, toħodhom igawduk għal dejjem fis-Saltna tiegħek.

Mulej Ġesu’, rattab il-qlub ta’ dawk li jafu li se jmutu u l-bieb ta’ qalbhom se jibqa’ magħluq, għal dawk li jinsabu ndannati u qed jagħżlu li jispiċċaw indannati għall-eternità. Urihom is-serjeta’ ta’ dan kif għad hemm iċ-ċans. Jien naf li għalik xejn mhu impossibli.

Nitolbok ukoll għal dawk li f’ħajjithom dejjem ippruvaw jogħġbuk u jħobbuk u li issa waslu biex jidħlu fil-ferħ tiegħek, agħmel li f’dan il-mument jibqgħu jistennewk bla biża’. Biegħed minnhom kull tentazzjoni u kull dubju li jista’ jgħaddi minn ħsibijiethom. Żommhom fil-paċi tiegħek huma u jistennewk bil-ħerqa biex jaraw l-għaxqa u l-ġmiel ta’ Wiċċek li min jaf kemm ixxenqu li jaraw tul ħajjithom kollha.

O Marija, Int il-bieb li jagħti għas Sema, iddefendihom quddiem Ibnek, aqbeż għalihom int sabiex ma jdumux ma’ jsaltnu magħkom u jingħaqdu max-xirka tal-qaddisin u l-qtajjiet tal-anġli biex ibierku u jfaħħru lil Alla għal dejjem fis-Saltna tagħkom li ma tispiċċa qatt. Ammen.

Dan it-Talb Speċjali kollu miġbur f’dokument wieħed – PDF

MUR GĦAL-LISTA TA’ TALB SPEĊJALI

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s