Talba għal min iħossu mtaqqal

Dan it-Talb Speċjali kollu miġbur f’dokument wieħed – PDF

MUR GĦAL-LISTA TA’ TALB SPEĊJALI

Sinjur Ġesu’, llum se nitolbok għal dawk kollha li jinsabu mtaqqlin u li s-salib tagħhom qed iħossuh tqil wisq, qed iħossuh jgħaffiġhom tant li mhux jirrealizzaw li f’dawn il-mumenti Int tinsab qrib tagħhom ferm aktar minn qabel.

Għal persuni li jinsabu ddisprati għax għad li huma jridu jibnu ħajjithom kif jaqbel lilhom, b’xi mod il-kuxjenza tagħhom għadha ċċanfarhom tant li qed jagħmlu minn kollox biex joqtlu leħnek fihom u dan ukoll qed jikkawża f’qalbhom u f’ruħhom toqol enormi.

Mulej, meta naħseb dwar dan u dwar diversi forom ta’ ħajjiet oħra fejn ma hemmx postok, tiġini ħasra minnhom jien ukoll, kif tħassart Int stess lill-ġemgħa meta kont għadek fid-dinja. Iva, anke dawn Mulej Ġesu’ huma bħal nagħaġ imxerrda ‘I hawn u ‘l hinn bla ma għandhom ragħaj u ma għandhomx għax huma ċaħdu li jkollhom.

Jekk jogħġbok erġa’ ħenn għall-poplu tiegħek, reġġa’ lura lil dawk li jinsabu mitlufa u kun Int il-gwida u l-vere Ragħaj li twassalhom fil-mergħat ta’ dejjem. Ammen.

Dan it-Talb Speċjali kollu miġbur f’dokument wieħed – PDF

MUR GĦAL-LISTA TA’ TALB SPEĊJALI

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s