5. Novena lill-Ispirtu s-Santu

Il-Ħamis, 14 ta’ Mejju 2015: Il-Ħames Jum tan-Novena lill-Ispirtu s-Santu. Ara t-test tagħha taħt il-vidjo …

Niżżel id-disat ijiem tan-Novena f’dokument wieħed – PDF

MUR GĦAL-LISTA SĦIĦA TAT-TAĦDIDIET TA’ FR HAYDEN

[5] Nitolbu għall-miġja tal-Ispirtu s-Santu …

Qari mill-Vanġelu ta’ San Luqa:

Ġara li, wara li tgħammed il-poplu kollu, Ġesù tgħammed ukoll u, waqt li kien qiegħed jitlob, is-smewwiet infetħu, u niżel l-Ispirtu s-Santu u deher fuqu fis-sura ta’ ħamiema. U mis-sema ġie leħen jgħid: “Inti Ibni l-għażiż; fik sibt l-għaxqa tiegħi.”

Ħsieb:

Ġesu’, skont San Luqa, fix-xmara Ġordan jurina biċ-ċar li hu jirċievi l-Ispirtu s-Santu waqt li jitlob. Ġesu’ jitla’ mill-Magħmudija jitlob, u waqt li jitlob, is-Sema tinfetaħ u l-Ispirtu s-Santu jinżel. Hekk kif Ġesu’, bħala bniedem, irċieva I-Ispirtu s-Santu, hekk jibqa’, biex ngħidu hekk, il-mod kif aħna nirċievu l-Ispirtu s-Santu fil-ħajja tagħna: permezz tal-ħajja tat-talb. Insibu anki li l-appostli fil-bidu tal-Knisja kienu, qalb waħda flimkien, qegħdin jitolbu ma’ Marija għall-miġja tal-Ispirtu s-Santu. Il-Kelma t’Alla tgħidilna mhux tant li kienu jitolbu, imma li kienu jingħataw għat-talb, jiġifieri kienet saret talba ħerqana, talba kontinwa: “Ejja Spirtu s-Santu! Ejja Spirtu s-Santu!”

Il-wegħda li Ġesu’ kien għamlilhom ma kinitx xi ħaġa biex iżommuha f’moħħhom u jogħqodu jistennewha sseħħ… hekk, fl-ajru. Ġesu’ tahom il-wegħda li se jirċievu l-Ispirtu. Imma biex din il-wegħda setgħet isseħħ, huma kellhom jitolbu, għaliex dak kollu li Alla jrid jagħtina, għeżież tiegħi, aħna nistgħu nilqgħuh fit-talb. It-talb m’hux il-kawża għaliex Alla jagħtina l-Ispirtu s-Santu. Alla jagħtina l-Ispirtu s-Santu fil-ħniena infinita tiegħu, imma t-talb huwa l-kundizzjoni biex aħna nilqgħu l-Ispirtu s-Santu.

Għalhekk, ejjew infittxu li matul din in-Novena nitolbu bil-ħerqa matul il-ġurnata meta niftakru: “Ejja Spirtu s-Santu!” Ejjew ma niddejqux nokorbuha ta’ spiss din it-talba. Anki meta nitolbu r-Rużarju, ejjew inħarsu lejn it-talba tar-Rużarju bħala talba ma’ Marija, bħala t-talba taċ-Ċenaklu, it-talba li twassalna għal Pentekoste’, meta l-appostli kienu jitolbu flimkien ma’ Marija, huma u jirċievu d-don tal-Ispirtu Qaddis. Għalhekk, ejjew niġbru l-menti tagħna, il-qalb tagħna u b’karba tal-qalb tagħna, sakemm iseħħ Pentekoste’. Nibqgħu nitolbu fil-qalb tagħna: Ejja Spirtu s-Santu!

Talba:

Ħallieq ta’ kollox, ejja,
o Spirtu, żur lil ruħna:
bil-grazzja tiegħek fawwar
il-qlub maħluqa minnek.

Int Difensur u Faraġ,
id-don ta’ Alla l-Għoli,
għajn ħajja, nar, imħabba,
u qawwa tar-ruħ tagħna.

Int turi l-qawwa t’Alla
bis-seba’ doni tiegħek:
int mill-Missier imwiegħed
biex tagħti l-kliem lil fommna.

Mexxina fid-dawl tiegħek,
b’imħabbtek imla qalbna,
bil-qawwa tiegħek wettaq
il-ġisem dgħajjef tagħna.

Biegħed minn fostna l-għadu,
fis-sliem għal dejjem żommna;
jekk int quddiemna timxi,
neħilsu minn kull deni.

Kun fina, w bid-don tiegħek
nagħrfu ‘l-Missier u ‘l-Iben
u nemmnu b’fidi sħiħa
li int l-Ispirtu tagħhom.

Glorja ‘l Alla l-Missier
u l-Iben li qam mill-imwiet
glorja wkoll ‘l-Ispirtu
għal dejjem ta’ dejjem. Ammen. Halleluia!

Mur għas-Sitt Jum tan-Novena lill-Ispirtu s-Santu

Niżżel id-disat ijiem tan-Novena f’dokument wieħed – PDF

MUR GĦAL-LISTA SĦIĦA TAT-TAĦDIDIET TA’ FR HAYDEN

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s