
Dan it-Talb Speċjali kollu miġbur f’dokument wieħed – PDF
MUR GĦAL-LISTA TA’ TALB SPEĊJALI
Maħbub Ġesu’, nitolbok għal dawk kollha li jinsabu qalbhom maqtugħa, għal dawk li għaddejin minn minn diversi provi, għal dawk li huma morda b’mard terminali u għal dawk li qed isofru minħabba Ismek.
Nitolbok għal dawk li qed ifittxu s-soluzzjoni f’toroq żbaljati li ma jwasslux għal għandek, bħalma huma d-droga, ix-xorb u d-divertiment bla rażan eċċ… Erġa’ ressaqhom lejk u wriehom li s-soluzzjoni quddiem dan kollu tinsab Fik biss. Eħlishom Int minn dawn il-vizzji li nqabdu fihom għax ġara xi ħaġa f’ħajjithom li minħabba fiha tħawdu, tfixklu u żvijaw mit-triq tas-sewwa.
Nafda lil dawn l-għeżież taħt il-ħarsien speċjali t’Ommna Marija. Ħu ħsiebhom int Ma. Kennihom, ħarishom u pproteġihom minn tant u tant perikli li jistgħu jiltaqgħu magħhom fil-viċin u fil-futur. Ammen.