Talba għad-dgħajja

Dan it-Talb Speċjali kollu miġbur f’dokument wieħed – PDF

MUR GĦAL-LISTA TA’ TALB SPEĊJALI

Għażiż Ġesu’, illum b’qalbi maqsuma se ntella’ quddiemek lil dawk kollha li minn tlugħ ix-xemx sa nżulha jużaw ilsienhom biex ikażbru lilek, lil Ommok u/jew lill-ħbiebek il-Qaddisin. Ilsienhom ilissen biss titli li anqas lill-agħar persuna ma jixirqu, aħseb u ara lilkom. Kemm jikkawża uġigħ f’qalbi dan, aħseb u ara f’qalbkom għax qalbkom hi umana bħal tagħna!

Jekk aħna li aħna dgħajfin u midinba, inħossu għall-azzjoni indifferenti li nirċievu mill-proxxmu, kemm aktar tħoss qalbkom għall-indifferenza li nuru magħkom? Jekk aħna nweġġgħu meta persuni jmaqdruna u joffenduna b’dak kollu li hu għażiż għalina bħal familjari eċċ… kemm aktar tħossu Intom meta persuni jweġġukom u joffendukom bid-dagħa?

Mulej Ġesu’, ħu kontroll ta’ dak l-ilsien li flok qed ikun ta’ barka qed ikun mezz ta’ saħta. Saħta li tinsab fil-kbar, fiż-żgħażagħ u saħansittra anke fit-tfal tagħna. Fejjaq din il-pjaga li hi mifruxa sew f’Malta tagħna. Miss il-qlub Mulej bil-ħlewwa u bil-modi tiegħek, uri ħniena magħhom u iġbidhom lura lejk mill-ġdid. Aħsilhom bid-demm għażiż tiegħek, kun magħhom u jekk jogħġbok għadirhom u kkumpatihom għax żgur la ma jafux ma’ min qed jieħduha Sinjur Ġesu’.

Agħmel minn qalbi ċella ċkejkna biex fiha nkun nista’ nadura lilek kif jistħoqqlok kif ukoll inqim lil Ommna Marija u nfaħħarkom bi tpattija għal tant qlub ingrati. Mulej, jien qalb waħda għandi u kemm nixtieq li kieku nimmultiplika fi qlub oħra biex bihom inħobb lilek u lil Ommok Marija; anke jekk forsi nara kbir wisq għax jien anqas b’qalbi ma naf inħobbkom kif jistħoqqilkom, imma mbagħad inserraħ rasi wkoll meta naf li Int tiżen kull xewqa u tqisha daqs li kieku magħmulha u nifraħ li b’dawn ix-xewqat inferraħ lil Qalbkom.

Grazzi Ġesù u grazzi Marija talli dejjem tilqgħu t-talb u x-xewqat ċkejkna tiegħi. Ikun imbierek l-Isem qaddis tagħkom issa u għal dejjem, hawn u fl-eternita’. Ammen.

Dan it-Talb Speċjali kollu miġbur f’dokument wieħed – PDF

MUR GĦAL-LISTA TA’ TALB SPEĊJALI

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s