Talba għall-grazzja tal-konverżjoni fl-erwieħ

Dan it-Talb Speċjali kollu miġbur f’dokument wieħed – PDF

MUR GĦAL-LISTA TA’ TALB SPEĊJALI

Mulej ħanin, il-konverżjoni hija grazzja li l-bniedem jagħżel li jilqa’ minn għandek. Fit-tjieba tiegħek, agħti lill-bnedmin kollha din il-grazzja u agħmel li nilqgħuha b’indiema sinċiera u Qrara tajba.

Agħmel li din twassal lil dawk I-insara li qed jgħixu ‘l bogħod minnek skont l-ispirtu tad-dinja, biex iduru lejk b`qalb sogħbiena u b’konvinzjoni li jibdew folja ġdida f’ħajjithom billi jħallu l-passat warajhom, u jibdew jgħixu skont ir-Rieda tiegħek.

Agħti wkoll il-grazzja tal-konverżjoni lil dawk li qatt ma semgħu bik jew li qed jagħrfu fir-reliġjon Kattolika Rumana l-vera reliġjon u għalhekk għandhom ħajra li jsiru membri ħajja fil-Knisja. Agħmel li jsibu min jgħinhom u jwassalhom ħalli jkabbru l-fidi tagħhom u jitgħallmu jgħixu ta’ nsara tassew skont ix-xewqa tiegħek.

Nitolbok għalina lkoll li ilna mhux ħażin miexja warajk biex il-grazzja tal-konverżjoni nħaddnuha aħna u nikbru fil-qdusija. Fil-ktieb tal-Proverbji nsibu li

“il-ġust jaqa’ seba’ darbiet kuljum”

(Proverbji 24: 16)

u għalhekk jeħtieġ li nkomplu ninbidlu billi nwarbu minna dak li hu ġej mill-ħażin (anki jekk dnubiet venjali) u nintrabtu dejjem iżjed mat-tajjeb u ma’ dak li jagħmilna iżjed nixbħu lilek, għażiż Ġesu’.

Grazzi talli Inti dejjem tiġri warajna u sal-aħħar ta’ ħajjitna tibqa’ tħabbat fuq qlubna bil-grazzja tal-konverżjoni li twassalna għas-salvazzjoni eterna. Ieqaf mall-moribondi li jeħtieġu din il-grazzja qabel jintilfu għal dejjem u agħmel li jkun hemm ħafna aktar nies li jitolbu għall-konverżjoni tal-erwieħ ħalli Int ma tkunx xerridt demmek għalxejn. Dan kollu nitlobulek għall-akbar glorja tiegħek Trinita’ Qaddisa u għat-tkabbir ta’ Saltnatek. Ammen. Grazzi. Halleluia!

Dan it-Talb Speċjali kollu miġbur f’dokument wieħed – PDF

MUR GĦAL-LISTA TA’ TALB SPEĊJALI

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s