Talba għal dawk li jinsabu mdejqa

Dan it-Talb Speċjali kollu miġbur f’dokument wieħed – PDF

MUR GĦAL-LISTA TA’ TALB SPEĊJALI

Għażiż Mulej, Maħbub ta’ ruħi, Int fil-ġnien tal-Ġetsemani bdejt issewwed qalbek u tiddejjaq. Imbagħad għidt lid-dixxipli:

“Għandi ruħi mnikkta għall-mewt; ibqgħu hawn u ishru miegħi.”

(Mattew 26: 37-38)

Nixtieq nitolbok għal kull min hu mdejjaq, min ibati b’dipressjoni, min għaddej minn ħafna tbatija u problemi u qed jaqta’ qalbu u għal min għandu ħsieb li jagħmel suwiċidju.

Mulej ħanin, nitolbok toffri lil Missierek id-dwejjaq li esperjenzajt Int għall-bżonnijiet ta’ dawn in-nies imdejqa u mtaqqla. Għaqqad, jekk jogħġbok, id-dwejjaq kollha li esperjenzajt jien tul ħajti ma’ tiegħek għall-benefiċċju tagħhom. Ħa jinżel fuqhom l-Ispirtu tiegħek u jimlihom bil-paċi, bil-faraġ, bil-kuraġġ u bil-qawwa li tant għandhom bżonn biex minflok jiddispraw, isibu t-tama fil-fiduċja tagħhom Fik.

Biddel, nitolbok, is-sitwazzjonijiet li qed ikisruhom u agħtihom li jaraw id-dawl f’nofs id-dlamijiet li jinsabu mdawra bihom. Agħtihom mill-ġdid skop għalfejn jgħixu u fejqilhom il-ġrieħi tal-passat. Agħtihom il-kuraġġ biex iġorru s-slaleb tagħhom flimkien miegħek għas-salvazzjoni ta’ ruħhom u ta’ erwieħ oħra. Ibgħatilhom min idur magħhom, ifarraġhom u jgħinnhom joħorġu mid-dlam li daħlu fih. Agħtihom ukoll il-qawwa li jaħfru lil min weġġaħħhom ħalli jsibu s-sliem li ma joħodulhom ħadd u xejn.

Grazzi Mulej ħanin talli Int il-faraġ u t-tama tagħna l-bnedmin li ngħaddu minn kull xorta ta’ prova filwaqt li għadna hawn f’dan il-wied tad-dmugħ. Agħmel li kull min hu mdejjaq isejjaħ lilek f`talbu u Int teħilsu mid-dwejjaq kollha tiegħu (kif għamilt mall-fqajjar ta’ Salm 34: 7) u timlih bil-ferħ vera li ġej biss minnek.

Għażiża Marija, Faraġ tal-Imniktin, int li taf xi jfisser niket u dulur, idħol b’talbek Int għal dawn in-nies imsejkna li jeħtieġu l-għajnuna mmedjata tas-Sema. Grazzi Ġesù u Marija talli tajtuni dak li għadni kemm tlabtkom. Ammen. Halleluia!

Dan it-Talb Speċjali kollu miġbur f’dokument wieħed – PDF

MUR GĦAL-LISTA TA’ TALB SPEĊJALI

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s