Talba tar-ruħ li tinterċedi għall-oħrajn bit-talb tagħha 

Dan it-Talb Speċjali kollu miġbur f’dokument wieħed – PDF

MUR GĦAL-LISTA TA’ TALB SPEĊJALI

Għażiż Maħbub ta’ ruħi, ladarba Int għażiltni biex inkun interċessura għall-bnedmin kollha, bħala omm spiritwali li tieħu ħsieb lil uliedha permezz ta’ talb ħerqan, jien nirringrazzjak għax naf li għad ingawdi l-kumpanija ta’ dawn l-erwieħ fis-Saltna rebbieħa li ġejja. Imma għad fadal żmien biex iseħħ dan u għalhekk, ladarba Int u jien għad irridu naħdmu għas-salvazzjoni tagħhom, aċċetta li jien inkun ukoll avukata li niddefendihom, vittma miegħek biex noffri tbatijieti lill-Missier Etern u dik li twasslilhom il-grazzji tiegħek kif għamilt lill-għażiża Ommok u Ommna Marija.

Bħala l-avukata tal-bnedmin kollha, jiena nitolbok biex tapplika l-Passjoni tiegħek għażiż tiegħi, biex Alla Missierek juri ħniena magħna lkoll minħabba fil-merti li ksibtilna. Ninkludi wkoll il-merti tal-Verġni Marija u tal-qaddisin. Ilqa’ wkoll nitolbok it-talba tal-Quddiesa, tar-Rużarju u talb ieħor, bħala difiża għall-ħtiġijiet tal-erwieħ. Ara t-tbatijiet tal-bnedmin, il-ħakma tal-Għadu fuqna u kemm mingħajrek tabilħaqq ma nistgħu nagħmlu xejn kif għidtilna Int! Agħtina għalhekk il-grazzji li neħtieġu ħalli niglorifikaw il-Ħniena tiegħek hawn u fl-eternita’.

Jiena ngħaqqad tbatijieti ta’ kull tip ma’ tiegħek fuq is-salib għażiż tiegħi, għas-salvazzjoni tal-erwieħ. Qed nirreferi għat-tbatija fiżika u diversi skumditajiet, għat-tbatija psikoloģika, għat-tbatija emozzjonali li tkiddni bosta wkoll u għal dik spiritwali, b’mod speċiali ix-xenqa li għandi Għalik. Għażiża Ommi Marija, sarraf int dawn it-tbatijiet kollha tiegħi għall-gid tal-erwieħ. Grazzi.

Bħala l-medjatriċi tal-grazzji tiegħek, jiena nferra’ l-grazzji tiegħek fuq il-bnedmin kollha, skont kif tiddireġini Marija Santissima għax hi taf aħjar kull wieħed u waħda minnhom x’jeħtieġu. Lill-għażiża Marija Ommna, għamiltha l-ekonoma tiegħi u ta’ kull ma għandi u se jkolli, issa u fl-eternita’ biex tiddisponi hi minn kollox kif jogħġob lilha. Grazzi talli umilment taqdi dan ir-rwol għalija u għas-Saltna.

Grazzi mill-qalb tal-privilegġ li nista’ nuża s-setgħa mogħtija lili minħabba l-pożizzjoni li tajtuni ta’ interċessura. Kollox għall-akbar glorja tiegħek Trinità Qaddisa li nadura u għall-ġieħ u l-unur tiegħek għażiża Ommi tas-Sema. Ammen. Halleluia!

Dan it-Talb Speċjali kollu miġbur f’dokument wieħed – PDF

MUR GĦAL-LISTA TA’ TALB SPEĊJALI

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s