Ftuħ il-qalb quddiem Ġesu’ dwar dak li nħoss f’qalbi

Dan it-Talb Speċjali kollu miġbur f’dokument wieħed – PDF

MUR GĦAL-LISTA TA’ TALB SPEĊJALI

Mulej Ġesu’, jiena nemmen li Int tinsab Ħaj bil-Ġisem, bid-Demm, bir-Ruħ u bid-Divinita’ fl-Ewkaristija. Int lis-smewwiet u l-art ma jesgħukx, għoġbok tinħeba taħt l-ispeċi tal-ħobż biex tibqa’ magħna. Quddiem il-kobor bla tarf tiegħek jien immil, nadurak u nqimek waqt li niskot u nħallik tixpruna lil qalbi lejk. Irrid inħallik tieħu kontroll u tkeċċi u tqaċċat ‘il barra dak kollu li mhuwiex skont l-Ispirtu tiegħek.

Kif jista’ qatt ikun li nersaq lejk bil-verita’ u ma ninbidilx? Kif tista’ qalbi tibqa’ iebsa u magħluqa meta naf li qalbek hi dejjem miftuħa beraħ għalija u għall-umanita’ kollha? Kif nista’ ma nħennx u ma nħossx għal dawk li Int tafdali f’idejja bla ma jistħoqqli meta lili, Int mhux biss ħennejt għalija; imma wkoll wasalt biex tajt ħajtek fuq is-salib?

Kif qatt nista’ ninsiek meta fis-skiet insibek f’dak kollu li Int ħlaqt għalija; anke fl-iċken ħaġa? O Ġesu’, jekk nagħti lok, il-lista ma tispiċċa qatt. Żgur u mhux forsi li Int taf kulma hemm ġo qalbi u ta’ dan kollu jien nirringrazzjak.

Bierek Mulej lil dawk kollha li tajtni, lil dawk li nħobb, lil dawk li ngħożż b’għożża speċjali. Bierek ukoll lil dawk li f’ħajti weġġgħuni, naqsuni u ġgħaluni nsofri. Jien naħfrilhom u nitolbok taħfrilhom Mulej għax jien f’dan irrid li nsir xebħ tiegħek ukoll. Taffilhom l’hemm jekk f’qalbhom hemm xi biża’ dwar dak li setgħu wettqu. Jekk huma niedmu, la tħallix li jibqgħu jġorru toqol bla bżonn. Fakkarhom li talbuk maħfra sinċiera u agħtihom is-sliem f’qalbhom.

Kemm nixtieq li kull ruħ tasal tagħraf lilek. Kemm nixtieq li nkun biex ngħid hekk il-kalamita tiegħek li b’talbi npoġġi u niġbed il-qlub fi ħdanek bħalma wieħed ipoġġi xi musmar qrib xi kalamita u hekk jitwaħħlu flimkien. Kemm nixtieq li niksiblek tant u tant erwieħ sabiex hekk infarraġlek qalbek li tinsab tant miġugħa għax kontinwament qed tara dulluvju t’erwieħ niżlin fl-infern. Kif se nagħmel biex demmek l-għażiż ma jinħelix? Għallimni u wrieni x’għandi nagħmel biex jiena nilqgħu bl-akbar qima u nerġa’ nroddulek lura u hekk troxxu mill-ġdid fuq tant erwieħ li jeħtieġuk.

Marija, Omm tiegħi, kompli għallimni nħobb u nservi lil Ibnek kif dejjem ħabbejt u servejtu Int sal-aħħar u jekk xi minn daqqiet inħossni ngħejja, fakkarni li l-imħabba qatt ma tgħejja. Ammen.

Dan it-Talb Speċjali kollu miġbur f’dokument wieħed – PDF

MUR GĦAL-LISTA TA’ TALB SPEĊJALI

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s