Talba lil Alla biex jagħżel għalija dak li jaqbel Lilu

Dan it-Talb Speċjali kollu miġbur f’dokument wieħed – PDF

MUR GĦAL-LISTA TA’ TALB SPEĊJALI

Alla Sabiħ, nrringrazzjak minn qalbi talli Inti ddawwar kollox għall-gid tiegħi. (Rumani 8: 28) Jien rrid nagħmel l-istess. Irrid nistaqsi: ‘X’jaqbel lilek?’

Jekk jaqbillek li jiena nkun miegħek mill-qrib u naħdem bla xkiel għalik u għas-Saltna b’mod li nista’ nilħaq aktar erwieħ, fittex ħudni minn hawn!

Imma jekk għall-kuntrarju, lilek aktar jaqbillek li nibqa’ hawn u forsi nagħtik glorja u nservik billi nitlob, inbati u ngħix kemm nista’ l-qdusija li tistenna minni filwaqt li ngħix bil-fidi, allura jien rrid b’imħabba għalik nogħqod għar-Rieda mqaddsa tiegħek li hi dejjem ħafna aħjar minn tiegħi! Jien ġejt maħluqa biex inħobbok u nservik u dan hu li għandi nagħmel akkost ta’ kollox.

Issa wara li f’din it-talba kellimtek dwar kif naħsibha, la għadni hawn, ifisser li għalissa tridni hawn u allura rrid inħobbok minn hawn. Biss kun af, li jien se nkun nistennik il-ħin kollu, ħalli meta Inti tara li għandek tiġi, intik il-merħba li tixraqlek!

Nittama u nitlob għal ħaġa waħda, dik li meta tiġi, issib li b’ħajti jien ħabbejtek kemm stajt, anki jekk diversi drabi kif deher lili li l-aħjar li nħobbok! Aħfirli nuqqasijieti Mulej Ħanin u lqani fost il-qaddisin, ħa nfaħħrek għal dejjem ta’ dejjem. Ammen. Halleluia!

Dan it-Talb Speċjali kollu miġbur f’dokument wieħed – PDF

MUR GĦAL-LISTA TA’ TALB SPEĊJALI

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s