Karba lil Alla biex ilibbisni bil-qawwa tiegħu

Dan it-Talb Speċjali kollu miġbur f’dokument wieħed – PDF

MUR GĦAL-LISTA TA’ TALB SPEĊJALI

Għażiż Mulej Ġesu’, Ħajja tiegħi, kull ma għandi, wara li Int temmejt il-ħidma tiegħek fuq din l-art bħala bniedem, ftit qabel tlajt is-Sema, Int għidt dan id-diskors lid-dixxipli tiegħek:

“U jiena, araw, nibghat fuqkom lil Dak li wiegħed Missieri. Imma intom ibqgħu fil-belt, sa ma’ Alla jkun libbiskom bil-qawwa tiegħu.”

(Luqa 24: 49)

Hi propju din it-talba tiegħi llum, li Inti jogħġbok tibgħat fuqi mill-ġdid lil Dak li wiegħed Missierek. Jien se nistenna sa ma’ Int tlibbisni bil-qawwa tiegħu. Għaliex, għidli, kif nista’ ngħix fuq il-passi tiegħek, jekk ma jkollix jien ukoll l-Ispirtu Qaddis kif kellek Int u kif kellhom il-qaddisin ?

X’imkien ieħor, Int ordnajt lid-dixxipli biex jibqgħu miegħek u jishru fit-talb. Imma ftit wara Int stess stqarrejt li “l-ispirtu jrid iva, imma l-ġisem dgħajjef.” (Mattew 26: 42) U dan hu propju kif inħossni jien – dgħajfa. Ħenn għalija Mulej Sidi u agħtini l-Ispirtu mwiegħed għax jien tassew nixtieq inkun qaddisa bħalek. Nixtieq nogħġbok u nkun l-għaxqa tiegħek bħalma l-Missier sab l-għaxqa tiegħu Fik.

Għalhekk, ja Sidi, jien inpoġġi fuq fommi kliem is-salmista li qal:

“Ara, bħal għajnejn il-qaddejja lejn id sidhom; bħal għajnejn il-qaddejja lejn id sidtha; hekk għajnejna lejn il-Mulej, Alla tagħna, sa ma jkollu ħniena minna.”

(Salm 123: 2)

U jien inkompli:

“Ħenn għalija Mulej, ħenn għalija!… Malli tibgħat in-nifs tiegħek, jien ninħoloq, u Inti ġġeddidni.”

(Salm 104: 30)

Grazzi talli tajt kas tat-tnehid tiegħi li ġibt quddiemek f’din it-talba. Tkun imbierek għal dejjem O Alla Imħabba tiegħi, ta’ dak kollu li għamilt għalina biex tgħenna nsiru qaddisin bħalek. Ammen. Halleluia!

Dan it-Talb Speċjali kollu miġbur f’dokument wieħed – PDF

MUR GĦAL-LISTA TA’ TALB SPEĊJALI

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s