Talba lill-Mulej biex jagħtini l-Ispirtu tiegħu ħa jgħinni naħdem għas-Saltna

Dan it-Talb Speċjali kollu miġbur f’dokument wieħed – PDF

MUR GĦAL-LISTA TA’ TALB SPEĊJALI

Għażiż Mulej, mingħajr l-Ispirtu tiegħek ma nasal imkien u ma jirnexxieli nagħmel xejn. Agħtini, fi ħnientek I-Ispirtu Qaddis tiegħek ħa nagħraf min jien u kif għandi ngħix għall-glorja tiegħek.

Nixtieq li ħajti tkun tixbaħ lil tiegħek. Nixtieq li nimitak u nimxi fuq il-passi tiegħek. Int għext hawn f’din l-art b’imħabba għalija. Jien rrid ngħix b’imħabba għalik. Taħbit, sagrifiċċji, provi u mard għandhom isaħħuli u jsaffuli lir-ruħi li ma tistax tidher quddiemek jekk ma tkunx imsoffija għal kollox. Għalhekk għinni nitqaddes kemm nista’ sakemm għadni hawn.

Irrid wkoll naħdem għas-Saltna. Int tajt ħajtek għaliha għalhekk bix-xieraq li issa ssaltan fuqha, tgawdi l-Isem li hu fuq kull isem u tingħata adorazzjoni mill-ħlejjaq kollha. X’għamilt jien għas-Saltna? Ftit, ftit wisq. Il-ħsad huwa kbir! Għinni bl-Ispirtu Qaddis tiegħek biex ningħata kompletament għall-bżonnijiet tas-Saltna bla ma nqis kemm se jiswieli, imbaghad jien ukoll, bħall-qaddisin ħbiebek ikun jistħoqqli li nsaltan miegħek fil-glorja għall-eternita’.

Grazzi tal-opportunita’ li bħalek u miegħek jien nista’ naħdem biex nikseb ammont ta’ erwieħ għas-Saltna. Ha jkun dan l-iskop tiegħi għaliex ngħix u j’Alla nagħmel dan b’passjoni u b’imħabba kbira bħalek. Ammen. Halleluia! Int stqarrejt minn qalbek:

“Nar ġejt inqiegħed fuq l-art, u kemm nixtieq li diġa’ qabad! Iżda hemm magħmudija li biha għandi nitgħammed, u x’diqa għandi sa ma dan iseħħ!”

(Luqa 12: 49-50)

Dan it-Talb Speċjali kollu miġbur f’dokument wieħed – PDF

MUR GĦAL-LISTA TA’ TALB SPEĊJALI

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s