Talba lill-Ispirtu s-Santu għall-Providenza u t-telqa fir-Rieda t’Alla

Dan it-Talb Speċjali kollu miġbur f’dokument wieħed – PDF

MUR GĦAL-LISTA TA’ TALB SPEĊJALI

Spirtu Qaddis, Alla-mħabba, jekk jogħġbok kompli urini l-iskop tal-ħajja tiegħi fuq din l-art. Jien issa naf li Int Alla miegħi, li kont u ser tibqa’ tieħu ħsiebi f’kull bżonn tiegħi fuq din l-art sa ma ngħaddi għal għandek.

Jien, għalhekk, nintelaq f’idejk kompletament u nitolbok biex tkompli tipprovdili dak li hu neċessarju, tkompi tipproteġini mill-Għadu u minn nies li jistgħu jagħmluli l-ħsara, tkompli tgħallimni kif tridni ngħix ħajti fuq din l-art u tqanqal Int qlub ġenerużi biex jgħinuni fil-kumplament tal-mixja tiegħi lejk b’ġisem dgħajjef f’dan il-wied tad-dmugħ. Grazzi għax naf li għamilt u tkompli tagħmel dan.

Naf li l-iskop għal xiex ġejt maħluqa hu akbar minn sempliċi bniedma tad-demm u l-laħam. Naf li Inti ħlaqtni għal missjoni kbira li għad trid tintwera lili dejjem iżjed aktar ma nimmatura fiha.

Jien nagħtik għalhekk, is-sigurtajiet kollha li għandi bħalissa: lill-familjari tiegħi, lill-ħbieb u lil kull min jista’ jagħmilli l-ġid. Nagħtik l-affarijiet materjali li għandi providenza tiegħek, ix-xogħal li pprovdejtli u l-ħajja fil-komunità.

Nagħtik ukoll kull ma jista’ jkun ta’ tfixkil għalija: persuni, ċirkustanzi, mard, inċidenti, problemi, taħbit, abbużi, sfruttamenti, u oħrajn. Naf li dawn huma kollha fil-kontroll tiegħek u li Int tippermettihom biss biex minnhom toħroġ għalija u għalina l-ġid spiritwali u forsi wkoll materjali fl-għerf u l-imħabba tiegħek lejja.

Jekk minn naħa l-oħra, Int bi ħsiebek tqassarli ż-żmien tiegħi ta’ hawn u tisraqni daqt, dan il-pjan taf li nilqgħu bil-ferħ, anzi b’ferħ kbir għax l-istennija u x-xenqa tiegħi għalik ilhom snin twal. Jien lesta li nilqgħek f’kull mument għax nistennik kull ħin. Il-ħajja vera tagħna tibda dakinhar.

Kompli qaddisni Spirtu Qaddis Alla u kompli agħtini I-qawwa biex noqgħod għalik f’kollox, għaliex l-akbar xewqa minn tiegħi, hi li nagħmel ir-Rieda mqaddsa tiegħek għall-akbar glorja tiegħek, tal-Missier u tal-Iben, għad unur ta’ Ismek u għall-gid tas-Saltna. Grazzi. Ammen. Halleluia!

Dan it-Talb Speċjali kollu miġbur f’dokument wieħed – PDF

MUR GĦAL-LISTA TA’ TALB SPEĊJALI

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s