Offerta ta’ tbatijieti lill-Ispirtu s-Santu

Dan it-Talb Speċjali kollu miġbur f’dokument wieħed – PDF

MUR GĦAL-LISTA TA’ TALB SPEĊJALI

Spirtu s-Santu Alla, Maħbub ta’ ruħi, grazzi tal-kumpanija li żżommli kull ħin. Għażiż, sakemm għadna f’din id-dinja, jeħtieġilna nirsistu u naħdmu bla heda għas-salvazzjoni tal-bnedmin.

Għalhekk, nitolbok minn qalbi, għallimni noffri bħala talba l-iskumditajiet tiegħi kollha. Ma rrid naħli xejn minn dak li bih jistgħu japprofittaw l-erwieħ għeżież li Ġesu’ feda.

Għaqqad Int tbatijieti ta’ kull tip ma’ dawk ta’ Ġesu’ fuq is-salib. Grazzi tal-privileġġ li nista’ nuża kull sofferenza għall-ġid tal-erwieħ u b’hekk ma nkunx qed inbati għalxejn. Hekk, it-tbatija tiegħi ġiet mogħtija skop nobbli.

Filwaqt li jiena w Inti nagħmlu dan, inkunu wkoll ngħinu lil Ġesu’ biex ikompli l-missjoni fdata lilu minn Alla l-Missier – dik li ma jħalli ‘l ħadd jintilef minn dawk mogħtija lilu.

Ġibli, nitolbok dan kollu quddiem għajnejja għax ma rrid ninsa qatt li l-iskop għalxiex ngħix bl-iskumditajiet kollha, hu għas-salvazzjoni tal-għeżież erwieħ, għall-glorja tat-Trinita’ qaddisa, issa u għal dejjem. Ammen. Grazzi. Halleluia!

Dan it-Talb Speċjali kollu miġbur f’dokument wieħed – PDF

MUR GĦAL-LISTA TA’ TALB SPEĊJALI

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s