Talb inizjali …

Dan it-Talb Speċjali kollu miġbur f’dokument wieħed – PDF

MUR GĦAL-LISTA TA’ TALB SPEĊJALI

TALB GĦALL-BIDU TA’ KULL JUM

(jgħodd sakemm wieħed jerġa’ jitlob dan l-istess talb)

RADD TAS-SALIB:

Fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.

TALBA QABEL NIBDA NITLOB:

Iftaħli fommi Mulej biex inbierek l-Isem qaddis tiegħek. Saffili qalbi minn kull ħsieb fieraħ u ħażin. Dawwalni u ħeġġiġni biex nitlob b’mod xieraq, b’attenzjoni sħiħa u b’devozzjoni perfetta biex fil-kobor tas-setgħa tiegħek jogħġbok tisma’ u tilqa’ t-talb tiegħi permezz ta’ Marija u bi Kristu Sidna. Ammen.

Mulej iftaħli xofftejja u fommi jxandar it-tifħir tiegħek.

TALBA GĦALL-GĦERF:

Ibgħat l-għerf mis-smewwiet imqaddsa, ibagħtu mit-tron glorjuż tiegħek, biex jieqaf miegħi fit-tħabrik tiegħi, ħa nkun naf sewwa x’inhu li jogħġob lilek; għax huwa kollox jaf u kollox jifhem, f’kull ma nagħmel imexxini bil-għaqal u bil-glorja tiegħu jħarisni.

LIL ĠESU’ EWKARISTIJA:

Nadurak Ġesu’ u nħobbok hawn u kull fejn tinsab!

KONSAGRAZZJONI LIL MARIJA:

Ġesu’, jiena tiegħek u kull ma’ għandi huwa tiegħek, permezz ta’ Marija, l`Omm qaddisa tiegħek u tiegħi.

TALBA LILL-ISPIRTU S-SANTU:

Spirtu s-Santu Alla, jien tiegħek. Agħmel bija dak li jogħġbok. Wassalni fejn trid Int fl-imħabba tiegħek għalija u għal ħuti l-bnedmin. Agħtini li nintelaq kompletament f’idejk. Agħtini jew neħħi minni dak li trid biex insir nixbaħ lil Ġesu’ dejjem iżjed. Grazzi li Int dejjem miegħi. Irrid li nsir ħaġa waħda miegħek biex tidher Int u Int biss fija, bil-frott, bid-doni u bil-kariżmi tiegħek. Agħmel li ma nniktek qatt u li nħobbok dejjem iżjed flimkien mal-Missier u mal-Iben. Marija, għarusa tal-Ispirtu s-Santu, kun miegħi, għinni u pproteġini mill-inganni tax-xitan. Grazzi. Ammen. Halleluia!

TALBA LILL-ANĠLU KUSTODJU:

Anġlu t’Alla, illi fit-tjubija tiegħu Alla tani biex tħarisni u tipproteġini, dawwalli moħħi, ħarisni, żommni u mexxini f’dan il-jum u l-lejl. Ammen u grazzi.

OFFERTA:

O Qalb ħanina ta’ Ġesu’, kull ma nitlob, kull ma nagħmel u kull ma nġarrab f’dan il-jum, jgħaddi għalik mill-Qalb bla tebgħa ta’ Marija, skont l-intenzjonijiet tagħha kollha, tal-Papa u tal-isqfijiet tagħna. Fosthom:

  • għall-konverżjoni u l-paċi fid-dinja,
  • għall-konverżjoni fil-familji,
  • sabiex permezz tal-konverżjonijiet, jiġu evitati diżastri naturali, gwerer u mard f’Malta u fid-dinja,
  • biex jieqfu l-abort, l-ewtanasja u d-divorzju,
  • għall-erwieħ tal-Purgatorju – fittex ħudhom igawduk fil-Ġenna,
  • għall-qdusija tas-saċerdoti, għall-vokazzjonijiet ġodda tajba u qaddisa u għall-qdusija tal-lajċi fi ħdan il-Knisja,
  • għal-liberta’ reliġjuża kullimkien, anki f’postijiet pubbliċi,
  • bi tpattija għall-offiżi li tirċievu fil-Qlub qaddisa tagħkom Ġesu’ u Marija u
  • biex iseħħ il-pjan li Intom għandkom fuq pajjiżna u fuq id-dinja kollha.

Umbagħad għall-persuni kollha li Intom iddaħħlu f’ħajti b’kull mod …

Nilqa’ lil kull min daħħaltuli, qed iddaħħluli u għad iddaħħluli f’dan iċ-ċirku, nagħmilhom uliedi (b’mod spiritwali) u nagħtihomkom isbaħ milli tkunu tajtuhomli, maħsulin bid-demm tieghek Ġesu’ u mill-idejn imbierka tiegħek Verġni Marija. Qassam int Ma l-grazzji li kull wieħed u waħda għandhom bżonn skont kif tara Int l-aħjar. Grazzi Re tiegħi Ġesu’. Grazzi Reġina tiegħi Marija.

Dan it-Talb Speċjali kollu miġbur f’dokument wieħed – PDF

MUR GĦAL-LISTA TA’ TALB SPEĊJALI

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s