Il-mewt u warajha. Riflessjoni minn Fr Hayden dwar il-mewt u x’jiġri wara

Is-Sibt, 10 ta’ Novembru 2018: Il-mewt u warajha. Riflessjoni dwar il-mewt u x’jiġri wara. Ara t-test tagħha taħt il-vidjo …

MUR GĦAL-LISTA SĦIĦA TAT-TAĦDIDIET TA’ FR HAYDEN

Luke: Insellmilkom u nilqagħkom hawnhekk fil-preżenza ta’ Fr Hayden għal ħames minuti ta’ tagħlim spiritwali.

Luke jistaqsi:

Fr Hayden, il-mistoqsija li għandi għalik illum hija kif wieħed għandu jirreaġixxi jew jaħsibha meta jmut xi ħadd viċin tiegħu, meta jiġuh dawk id-dubji jekk salvax, u jekk verament hemmx purgatorju, ġenna u infern?

Fr Hayden iwieġeb:

Luke, l-ewwel ħaġa, jekk hawn xi ħadd qed isegwina li forsi għadu kif mietlu xi ħadd f’dan iż-żmien, iż-żmien tal-mewt huwa żmien t’emozzjonijiet qawwija u profondi. Pero’ ħaġa rrid ngħid: nixtieq nuru solidarjeta’ ma’ min għaddej minn mument hekk. Meta ma tgħaddix minnu inti, tista’ tirraġuna kemm trid, imma meta tkun fih, l-esperjenza hi daqsxejn differenti. Allura, just to take note of it. Jista’ jkollna udjenza li qiegħda hekk bħalissa.

Ara, ħa nibdew bl-ewwel waħda, jiġifieri f’mument tal-mewt u ta’ distakk bħal dan, temmen kemm tkun temmen, jistgħu jqumu ċerti mistoqsijiet fil-ħajja tagħna. L-ewwel ħaġa li rrid ngħid hija din: li jqumu mistoqsijiet m’hemm xejn ħażin. Li tqum mistoqsija tfisser li inti bniedem. L-annimal ma jistaqsix: il-bniedem hu li jistaqsi. Tajjeb? Issa, l-bniedem intelliġenti jistaqsi u Alla m’għandux biżgħat mill-mistoqsijiet tal-bniedem. Jiġifieri, there’s nothing wrong if you question or if you doubt something in itself.

Imma wara mewt hemm xi ħaġa? Issa aħna li nemmnu ħa nsibu lil min jgħidilna: “Isma,’ ħadd ma ġie lura u qalilna xi ħaġa.” Imma, sorry, jekk temmen f’Ġesu’, mhux minn hemm ġie? Jiġifieri ma nistgħux, jekk inkunu Nsara, ngħiduh dan, li ħadd ma ġie lura jew li ħadd ma qalilna xi ħaġa. Jekk nemmnu f’Ġesu’,  Ġesu’ minn hemm ġie biex jgħidilna.

Pero’, ħalli issa nħarsu lejha din daqsxejn min-naħa l-oħra. Tarbija fil-ġuf taf li teżisti dinja barra l-ġuf? Ma tafx, it-tarbija fil-ġuf l-unika ħaġa li taf hija d-dinja li taf biha hi fil-ġuf. Li titwieled hija trawma, għax din ħierġa f’realta’ li hi ma tafx. L-unika ħaġa li taf hija l-ġuf u dik biss il-verita’ għaliha: dwar x’hemm barra minn hemm, ma taf xejn. Għall-omm m’hux hekk, imma l-omm ikollha ġenn sħiħ biex it-tarbija toħroġ mill-ġuf ħa taraha u tgħannaqha. Għax l-omm taf li barra l-ġuf hemm dinja li hija isbaħ mill-ġuf.

Ċioe’, aħna d-dinja hija dan il-ġuf illi aħna nħossu fil-qalb ta’ qalbna li rridu ninbeżqu ‘l barra minnu. Ċioe’, jiena:

  • rrid l-imħabba li hija għal dejjem, imma fuq din l-art mhux ħa nsibha,
  • irrid il-ferħ li huwa għal dejjem, imma fuq din l-art mhux ħa nsibu,
  • irrid ngħix għal dejjem fuq din l-art, imma dan mhux possibbli.

Pero’, xorta għandi dawn ix-xewqat. Issa dawn ix-xewqat profondi li hemm fina, għaliex jeżistu barra minna? Per eżempju:

  • jekk int għandek l-għatx għax jeżisti l-ilma,
  • jekk għandek il-ġuħ għax jeżisti l-ikel,
  • jekk tħoss il-bżonn li tieħu n-nifs għax teżisti l-arja.

Anke fuq livell spiritwali, għandna din ix-xewqa tal-affarijiet li aħna nixtiquhom għal dejjem għax teżisti l-Ħajja ta’ Dejjem.

Jiġifieri, din hija fl-umanita’ tagħna. Qiegħda hemm, jiġifieri, anke jekk ma temminx daqshekk. Nixtieq inżid ngħid li truth is in our nature. Alla, li hu l-Verita’,  ħalaqna f’din ix-xbieha tiegħu.

Imbagħad, il-persuna salvat jew le? L-ewwel ħaġa li aħna għandna nemmnu hi illi Alla jrid u jaħdem mal-bniedem sal-aħħar mument għas-salvazzjoni ta’ kulħadd. Jiġifieri, aħna t-tama tagħna hija li kulħadd isalva. Il-Knisja, anke meta tgħallimna fuq l-infern, tgħidilna li dan jeżisti, pero’ ma tgħidilniex li hemm xi ħadd l-infern. Tgħidilna żgur li hemm xi ħadd il-ġenna, meta tikkanonizza ‘l-qaddisin, imma qatt ma ddikjarat li xi ħadd qiegħed l-infern. Għaliex?

Għaliex jekk tagħmilha, ssir Alla. Ma tistax tiġġudika, anqas il-Knisja, jiġifieri. Aħna t-tama tagħna hija illi jasal mument illi fih nistgħu nneħħu d-dubji kollha tagħna. Aħna fiduċja f’Alla jrid ikollna: ma nistgħux nagħtu garanzija assoluta ‘l ħadd li żgur li kulħadd se jsalva. Min jemmen mod ieħor, naħseb li qed jiżbalja. Jiġifieri, rridu x-xewqa ta’ kulħadd li jsalva, iva, u li Alla, iva, jaħdem sal-aħħar nifs. Pero’ mbagħad, minn hemm ‘l hemm huwa mument fejn jiena u int ma nidħlux. Hija r-relazzjoni personali, hija d-deċiżjoni, bejn il-bniedem u Alla.

IŻgur, imma, li aħna rridu nagħmlu ħaġa: ma rridux naħbu l-mewt u rridu nħejju ruħna għall-mewt. Jiena, meta kont naħdem l-isptar, waħda mill-affarijiet li kont nara kienet li ħafna nies jaħbu l-mewt mill-familjari tagħhom:

  • It-tobba jafu li wasalt fl-aħħar,
  • in-nurses jafu li wasalt fl-aħħar,
  • il-familjari avżati,

imma lilek ma jgħidulekx.

Jiena naħseb li din hija kultura li rridu noħorġu minnha. Irridu l-mewt mhux naħbuha: irridu nħejju ruħna għaliha u dik tagħmel ġid kemm għall-marid u anke għan-nies ta’ madwaru. Jien naħseb li aktar milli niġġieldu mad-dubji, prevention is better than cure, kif għedt fi programm ieħorPrepare for death ħalli tkun closure sabiħa fuq din l-art u apertura ġdida — passaġġ sabiħ lejn is-sema.

Luke: Prosit! Grazzi ħafna.

Fr Hayden: Welcome!

MUR GĦAL-LISTA SĦIĦA TAT-TAĦDIDIET TA’ FR HAYDEN

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s